(Translated by https://www.hiragana.jp/)
C_2019038MT.01000401.xml

31.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Jannar 2019

dwar il-jiem ta' btala għas-sena 2020 għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea

(2019/C 38/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (CEOS), stabbiliti permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u notevolment l-Artikolu 61 u l-Artikoli 16 u 91 tas-CEOS,

wara li kkunsidrat ir-regolamentazzjoni komuni li tistabbilixxi l-lista ta' ġranet ta' btala tal-uffiċjali tal-Komunità Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 61 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 16 u 91 tas-CEOS, ikun tajjeb li tiġi stabbilita l-lista tal-ġranet ta' btala għas-sena 2020 mogħtija lill-uffiċjali u lill-aġenti l-oħra impjegati fi Brussell u l-Lussemburgu.

(2)

Fl-2020, Ħadd-il-Għid huwa stabbilit fil-12 ta' April.

(3)

Fl-2020, l-24 ta' Diċembru se jkun il-Ħamis.

(4)

Il-Kulleġġ tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni ġew ikkonsultati għall-opinjoni tagħhom dwar il-lista ta' jiem ta' btala għas-sena 2020 fis-7 ta' Novembru 2018,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-jiem ta' btala għas-sena 2020 għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu stabbiliti għall-Brussell u l-Lussemburgu.

L-1 ta’ Jannar

L-Erbgħa, l-Ewwel tas-Sena

2 ta’ Jannar

Il-Ħamis, l-għada tal-Ewwel tas-Sena

Id-9 ta’ April

Ħamis ix-Xirka

L-10 ta’ April

Il-Ġimgħa l-Kbira

It-13 ta’ April

It-Tnejn ta’ wara l-Għid

1 ta' Mejju

Il-Ġimgħa, Jum il-Ħaddiem

21 ta' Mejju

Il-Ħamis, Lapsi

22 ta' Mejju

Il-Ġimgħa, l-għada ta’ Lapsi

1 ta’ Ġunju

It-Tnejn, Għid il-Ħamsin

21 ta’ Lulju

It-Tlieta, il-Festa nazzjonali tal-Belġju

2 ta’ Novembru

It-Tnejn, Jum l-Erwieħ

24 ta’ Diċembru

sal-

31 ta’ Diċembru

Il-Ħamis

Il-Ħamis

sitt ijiem ta’ tmiem is-sena

TOTAL

17-il jum

Artikolu 2

Għal-Lussemburgu nhar it-Tlieta 21 ta’ Lulju li minfloku jidħol il-jum tat-23 ta’ Ġunju, il-festa nazzjonali tal-Lussemburgu.

Artikolu 3

Ix-xogħol jerġa' jibda b'mod normali mit-Tnejn, 4 ta' Jannar 2021.

Artikolu 4

Mingħajr ħsara għat-totalità tal-kalendarju finali tal-jiem ta' btala għall-2021, il-Ġimgħa l-1 ta' Jannar 2021 se jitqies bħala jum ta' btala għal dik is-sena.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Jannar 2019.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1