(Translated by https://www.hiragana.jp/)
Iraq - Wikipedija

Iraq

stat sovran fl-Asja tal-Punent

L-Iraq (En-us-Iraq.ogg ɪˈrɑːk ), (Għarbi:العراق), uffiċjalment ir-Repubblika tal-Iraq (Għarbi: Jumhoriatiraq.ogg جمهورية العراق ), huwa pajjiż li jinsab fl-Asja tal-Punent. Il-fruntiera tal-Iraq tmiss mas-Sirja mill-Majjistral, mat-Turkija lejn it-Tramuntana, mal-Iran lejn il-Lvant, mal-Ġordan lejn il-Punent, mal-Arabja Sawdita fin-Nofsinhar u l-Lbiċ, u mal-Kuwajt fin-Nofsinhar. L-Iraq għandu taqsima ta' kosta dejqa ta' 58 km (36 mi) fit-Tramuntana tal-Golf Persjan. Il-belt kapitali, Bagdad hija belt li tinsab fiċ-ċentru tal-Lvant tal-pajjiż. Żewġt ixmajjar ewlenin huma t-Tigris u l-Euphrates, jgħaddu miċ-ċentru tal-Iraq, li jiġu mill-Majjistral għall-Lbiċ. Dawn jipprovdu l-Iraq b'art biedja u kapaċi mal-pajsaġġ steppa u deżert li jkopru ħafna mill-Asja tal-Punent.

Repubblika tal-Iraq
جمهورية العـراق
Jumhūriyyat al-‘Irāq
جمهورية العـراق Jumhūriyyat al-‘Irāq – Bandiera جمهورية العـراق Jumhūriyyat al-‘Irāq – Emblema
Mottu: الله أكبر
"Alla huwa l-Akbar"
Innu nazzjonali: "Mawtini"
Patrija tiegħi

Belt kapitali
(u l-ikbar belt)
Bagdad
33°20′N 44°26′E / 33.333°N 44.433°E / 33.333; 44.433

Lingwi uffiċjali Kurda · Għarbi
Gvern Repubblika Federali parlamentari kostituzzjonali
 -  President Jalal Talabani
 -  Prim Ministru Nouri al-Maliki
 -  Kelliem tal-Kunsill tar-Rappreżentanti Usama al-Nujayfi
Indipendenza mir-Renju Unit
 -  Mogħtija 3 ta' Ottubru 1932 
 -  Repubblika ddikjarata 14 ta' Lulju 1958 
 -  Kostituzzjoni kurrenti 15 ta' Ottubru 2005 
Erja
 -  Total 438,317 km2 (59)
169,234 mil kwadru 
 -  Ilma (%) 1.1
Popolazzjoni
 -  ċensiment tal-2012 31,129,225[1] 
 -  Densità 71.0/km2 (125)
183.9/mili kwadri
PGD (PSX) stima tal-2012
 -  Total $150.676 biljun[2] 
 -  Per capita $4,272[2] 
PGD (nominali) stima tal-2012
 -  Total $150.214 biljun[2] 
 -  Per capita $4,288[2] 
IŻU (2011) Increase 0.590[3] (medju) (131)
Valuta Dinar (IQD)
Żona tal-ħin Ħin Standard tal-Arabja (UTC+3)
Kodiċi telefoniku +964
TLD tal-internet .iq

Kurdistan Regjon (Başûrê Kurdistanê/إقليم كردستان/'Iiqlim Kurdistan)

immodifika

mill-1992 Skont l-Encyclopedia Britannica, il-Kurdistan ikopri 190,000 km² tat-Turkija, 125,000 km² tal-Iran, 65,000 km² tal-Iraq u 12,000 km² tas-Sirja, b'erja totali ta' kważi 392,000 km², simili għall-Paragwaj jew Zimbab; f'dan it-territorju hemm il-maġġoranza tan-nies ta' etniċità Kurda.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Iraq". CIA – The World Factbook. CIA. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-24. Miġbur 2011-12-02.
  2. ^ a b ċ d "Iraq". Fond Monetarju Internazzjonali. 2012-01-01. Miġbur 2012-04-18.
  3. ^ "Rapport tal-Iżvilupp Uman 2011" (PDF). Programm ta' Żvilupp tan-Nazzjonijiet Uniti. 2011. Miġbur 2013-01-25.