Koran
Il-Koran jew il-Quran, (bl-Għarbi القرآن, al-Qur'ān) huwa l-ktieb l-imqaddes tal-Islam. Il-Misilmin iqisu l-Koran bħala "il-Kelma t'Alla". Dan il-ktieb huwa differenti minn testi reliġjużi oħra fis-sens li l-Misilmin jaħsbu li hu miktub direttament minn Alla, permezz tal-profeta Muħammed. Il-Quran hu organizzata f'114-il kapitlu (sura, pl. swar) li jikkonsistu f'versi individwali (āja, pl. ājiet). Minbarra s-sinifikat reliġjuż tiegħu, huwa meqjus b'mod wiesa' bħala l-aqwa xogħol fil-letteratura Għarbija,[1][2][3] u influwenzat b'mod sinifikanti l-lingwa Għarbija. Huwa l-oġġett ta' qasam modern ta' riċerka akkademika magħrufa bħala studji Koraniċi.
It-tieni sors għall-Misilmin wara l-Koran huwa l-Ħadit, ir-rapporti ddokumentati ta’ kliem mill-Profeta Muħammed. It-tnejn li huma jintużaw bħal sors fil-liġijiet Iżlamiċi, ix-Xarija.
Inkiteb bl-Għarbi u ilu jinqara b'dan l-ilsien biss għal aktar minn 1,400 sena. Iżda, minħabba li ħafna Misilmin madwar id-dinja ma jifhmux l-Għarbi, il-Koran hu mfisser ukoll f'ilsna oħra, sabiex il-qarrejja jkunu jistgħu jifhmu aħjar xi jfissru l-kliem bl-Għarbi fil-Koran. Dawn il-kotba huma bħal dizzjunarji tal-Koran - ma jinqrawx bħala parti mill-reliġjon tal-Iżlam, minflok il-Koran tal-Għarbi. Il-Misilmin jemmnu li dawn it-traduzzjonijiet mhumiex il-veru Koran; il-verżjoni Għarbija hi l-veru Koran.[4]
Etimoloġija
immodifikaIl-kelma "Quran" hija derivata mill-kelma tal-Għarbi qara'a mill-għerq trilaterali ق-ر-ء (q-r-'), li tfisser li tirreċita jew taqra b'leħen għoli. Bil-Malti, il-kelmiet "qarja" u "qari" huma mqabbad mal-kelma Quran bħala nomi verbali u taqsmu l-istess għerq ta’ (q-r-j).
It-termini użati biex jirreferu għar-rivelazzjoni tal-Quran juża l-għerq (n-ż-l), għalhekk ir-rivelazzjoni tal-Quran hi msejħa "tinżil", għax il-Quran hu tniżżel minn Alla mis-sema lejn id-dinja, u l-fenomenu tar-rivelazzjoni tagħha msejħa "nżul".
Storja
immodifikaIl-Misilmin jemmnu li l-Koran kien imħabbar għall-ewwel darba lil Muħammed mill-Arkanġlu Gabriel f'għar fil-muntanji ta' Hira fil-Mekka, u mbagħad matul it-23 sena ta' wara sa mewtu.
Il-Koran ma kienx miktub kollu f'daqqa f'għamla ta' ktieb meta Muħammed kien għadu ħaj, imma kien miżmum bil-belma u kitbiet qsar biex iffakkru. Il-profeta ma kienx jaf jaqra u jikteb, iżda skont l-Misilmin, il-ħabib tal-Profeta Abu Bakr, fost oħrajn, kien jikteb it-testi waqt li Muħammed kien għadu ħaj. Meta Abu Bakr sar kalif, irranġa li l-Koran jinkiteb f'għamla ta' ktieb. Għutman, li kien it-tielet ħalif (kalif), kompla jirfina l-forma miktuba tiegħu.
Test
immodifikaIt-test tal-Koran jikkonsisti f'114-il kapitlu ta' tulijiet differenti, kull wieħed magħruf bħala sura. Il-kapitli huma kklassifikati bħala Mekki (ta' Mekka) jew Medini (ta' Medina), skont meta (qabel jew wara l-Hiġra) il-versi ġew rivelati. It-titli tal-kapitli ġejjin minn isem jew kwalità diskussa fit-test, jew mill-ewwel ittri jew kliem tas-sura. Il-Misilmin jemmnu li Muħammed, fuq ordni minn Alla, ta l-kapitli l-ismijiet li għandhom.[4] Ġeneralment, il-kapitli twal jidhru iżjed 'l quddiem fil-Koran, filwaqt dawk li huma iqsar jidhru aktar tard. L-arranġament tal-kapitli għalhekk mhux marbut mal-ordni tad-dati tar-rivelazzjoni. Kull sura minbarra d-disa' waħda tibda bill-Basmala,[5] frażi Għarbija li tfisser "F'isem Alla, l-iżjed Tajjeb, l-iżjed Ħanin"(litteralment: B'isem Alla, il-Ħniena l-Ħanin). Però, il-Basmala xorta tidher 114-il darba fil-Koran billi qiegħda fil-vers 27:30 bħala l-ftuħ tal-ittra ta' Salamun (Sulejman) lir-Reġina ta' Saba.[6]
Kull sura hi magħmula minn għadd ta' ajiet (versi, plural ta' aja). Oriġinarjament aja kienet tfisser sinjal mibgħut minn Alla. In-numru ta' versi huma differenti minn kapitlu għall-ieħor. Vers jista' jkun ta' ftit ittri jew erba' linji biss. Il-versi huma differenti mill-poeżija rfinuta ħafna tal-Għarab ta' qabel l-Iżlam kemm fil-kontenut tagħhom u kemm fir-rima u r-ritmu distintivi, u jixbħu aktar l-għejdut profetiċi immarkati bi qtugh ispirati li nsibu fil-kotba mqaddsa tal-Ġudaiżmu u l-Kristjaneżmu. In-numru veru ta' ajat ilu kwistjoni kontroversjali fost l-akkademiċi Misilmin mill-bidu tal-Iżlam, xi wħud jirrikonoxxu 6,000, xi wħud 6,204, xi wħud 6,219, u oħrajn 6,236, għalkemm il-kliem fil-każijiet kollha huma l-istess. L-edizzjoni l-aktar popolari tal-Koran, li hi bbażata fuq it-tradizzjoni iskola Kufa, fiha 6,236 ajiet.[4]
Hemm diviżjoni tal-ktieb fi 30 parti, bejn wieħed u ieħor indaqs. Kull parti jew aġża', fiha żewġ sezzjonijiet imsejħin aħżab, li kull waħda minnhom hi maqsuma f'erba' partijiet (rub għall-aħżab). Il-Koran hu maqsum ukoll f'seba' partijiet bejn wieħed u ieħor indaqs, manażil (imnieżel), biex jista' jiġi rreċitat f'ġimgħa.[4]
It-test Korani jidher li m'għandu l-ebda bidu, nofs jew tarf, l-istruttura tiegħu mhux linjari imma simili għall-web.[4] L-arranġament testwali kultant qiesu fih nuqqas ta' kontinwità, nuqqas ta' kronoloġika jew ordni tematiku, u fih ir-ripetizzjoni. Kif jgħidu Irene Blomm u William Theodore de Bary:
"Il-proċess finali tal-ġbir u l-kodifikazzjoni tat-test tal-Koran kien immexxi minn prinċipju wieħed fuq kollox: kliem Alla ma jistgħu bl-ebda mod jiġu mgħawġa jew imniġġsa mill-indħil tal-bniedem. Għal din ir-raġuni, ma sar l-ebda attentat serju, ta' edizzjoni tal-bosta rivelazzjonijiet, ta' organizzazzjoni ta' dawn f'oqsma tematiċi, jew ta' preżentazzjoni f'ordni kronoloġika .... Dan wassal fl-imgħoddi għal ħafna kritika mill-akkademiċi Ewropej u Amerikani tal-Iżlam, li jsibu l-Koran diżorganizzat, ripetittiv, u diffiċli ħafna biex jinqara."[7] |
L-ewwel u l-aħħar versi
immodifikaL-ewwel vers rivelat hu mill-ewwel ħames versi tas-Suret l-Għalaq (L-Embolu):[8]
Aqra (ibda) bl-Isem t'Allah, Li ħalaq (kollox). Ħalaq il-bniedem minn massa (mwaħħla) bħal sangisug (fil-ġuf tal-omm). Aqra u l-Mulej tiegħek hu l-aktar ħanin, Li għallem lill-bniedem (il-qari u l-kitba) bil-pinna, Li (minbarra dak) għallem lill-bniedem (kollox) li ma kienx jaf.[9] |
L-aħħar vers rivelat hu mis-Suriet il-Baqra f'vers 281:[10]
U ibżgħu (minn) jum (meta) titreġġgħu fih lejn Alla; imbagħad tiġi kkumpensata kull ruħ dak li kisbet, u ma jiġux ittrattati b’mod inġust.[11] |
Relazzjoni bejn il-Koran u l-Bibbja
immodifikaIl-Koran jattribwixxi r-relazzjoni tiegħu ma' kotba preċedenti (it-Torah u l-Evanġelju) għall-oriġini unika tagħhom, billi jgħid li kollha kemm huma ġew rivelati minn Alla wieħed.[12] Il-Koran isemmi l-Insara u l-Lhud bħala Ahl al-Kitab, li jfisser "Poplu tal-Ktieb",[13] il-Ktieb hawn jiġifieri għall-Bibbja, li litteralment tfisser il-ktieb ukoll. Xi versi fil-Koran jirrakontaw xi stejjer dwar xi affarijiet u nies mill-Bibbja. Fost il-karattri mill-Bibbja li huma msemmija fil-Koran hemm Abraham, Noè, Ismagħel, Iżakk, Ġakobb, Mosè, Aron, Ġob, Ġona, David u Ġesù.[14] Dawn il-tliet reliġjonijiet jissejħu Abramin minħabba dawn ir-relazzjonijiet.
Madankollu, hemm differenzi importanti bejn il-verżjoni Iżlamika u Biblika ta' stejjer simili. Per eżempju, il-Koran jgħid li Ġesù Kristu (Għisa l-Misiħ bin Marjam) ma kienx iben t'Alla,[15] bħalma jgħidu l-parti l-kbira tal-Insara; iżda għall-Misilmin, kien biss profeta. Il-Koran jgħallem ukoll li dan ġara minħabba l-ewwel testi tal-Bibbja intilfu u mbagħad ġew mibdula.[16][17]
Lista tas-swar fil-Koran
immodifikaNo. | Isem | Tifsira bil-Malti | L-Għadd ta' Versi | Ruku' | Irrivelata |
---|---|---|---|---|---|
1 | Al-Fatiħa | Il-Fetħa, dik li tiftaħ | 7 | 1 | Mekka |
2 | Al-Baqara | Il-Baqra (ħamra), l-għoġol tad-deheb | 286 | 40 | Medina |
3 | Āl Għimran | Il-Familja tal-Għimran | 200 | 20 | Medina |
4 | An-Nisa | In-Nisa | 176 | 24 | Medina |
5 | Al-Ma'ida | Il-Mejda | 120 | 16 | Medina |
6 | Al-Angħam | Il-Bhejjem | 165 | 20 | Mekka |
7 | Al-Agħraf | L-Artijiet Għoljin | 206 | 24 | Mekka |
8 | Al-Anfal | Il-Priża tat-Taqbida | 75 | 10 | Medina |
9 | At-Tawba | It-Tewba, in-nidma | 129 | 16 | Medina |
10 | Junus | Junes, Ġona | 109 | 11 | Mekka |
11 | Hud | Hud | 123 | 10 | Mekka |
12 | Jusuf | Jusef, Ġużeppi | 111 | 12 | Mekka |
13 | Ar-Ragħd | Ir-Ragħad | 43 | 6 | Medina |
14 | Ibrahim | Abraham | 52 | 7 | Mekka |
15 | Al-Ħiġr | Il-Ħaġar | 99 | 6 | Mekka |
16 | An-Naħl | In-Naħal | 128 | 16 | Mekka |
17 | Al-Isra' (Bani Israel) | L-Isra, il-Vjaġġ Billejl ta’ Muħammed (Ulied Israel, l-Israelin) | 111 | 12 | Mekka |
18 | Al-Kahf | L-Għar | 110 | 12 | Mekka |
19 | Marjam | Marija (omm Ġesù) | 98 | 6 | Mekka |
20 | Ta-Ha | (L-ittri) Ta-Ha | 135 | 8 | Mekka |
21 | Al-Anbija | litteralment: L-Inbja, in-Nubjien, il-Profeti | 112 | 7 | Mekka |
22 | Al-Ħaġġ | Il-Ħaġġ, il-Pelligrinaġġ | 78 | 10 | Medina |
23 | Al-Mu'minun | litteralment: Il-Mwemmnin, dawk li emmnu, Il-Fidili | 118 | 6 | Mekka |
24 | An-Nur | Id-Dawl | 64 | 9 | Medina |
25 | Al-Furqan | Il-Kriterju | 77 | 6 | Mekka |
26 | Ax-Xugħara | Il-Poeti | 227 | 11 | Mekka |
27 | An-Naml | In-Nemel | 93 | 7 | Mekka |
28 | Al-Qasas | L-Istorja | 88 | 9 | Mekka |
29 | Al-Ankabut | L-Għanqbut | 69 | 7 | Mekka |
30 | Ar-Rum | Ir-Rumani | 60 | 6 | Mekka |
31 | Luqman | Luqman | 34 | 4 | Mekka |
32 | As-Saġda | Is-Siġda, il-Prostrazzjoni | 30 | 3 | Mekka |
33 | Al-Aħżab | Il-Konfederati, il-Klannijiet, il-Forzi Magħquda | 73 | 9 | Medina |
34 | Saba | Saba | 54 | 6 | Mekka |
35 | Fatir (Al-Mala'ikah) | L-Oriġinatur, is-Sawwar (l-Imlejka, l-Anġli) | 45 | 5 | Mekka |
36 | Ya-Sin | (L-ittri) Ya-Sin | 83 | 5 | Mekka |
37 | As-Saffat | Is-Saffijiet | 182 | 5 | Mekka |
38 | Sad | (L-ittra) Sad | 88 | 5 | Mekka |
39 | Aż-Żumar | It-Truppi | 75 | 8 | Mekka |
40 | Għafir (Al-Mu'min) | Ħafer (il-Mwemmen, wieħed mill-ismijiet ta' Alla) | 85 | 9 | Mekka |
41 | Fussilat | litteralment: Tfasslet; spjegat fid-dettall | 54 | 6 | Mekka |
42 | Ax-Xura | Ix-Xura, konsultazzjoni b'metodu Iżlamiku | 53 | 5 | Mekka |
43 | Aż-Żuħruf | Iż-Żina Dehbija/It-Tiżjin Dehbi | 89 | 7 | Mekka |
44 | Ad-Duħan | Id-Duħħan | 59 | 3 | Mekka |
45 | Al-Ġatija | It-Tbaxxija (fuq l-irkupptejn) | 37 | 4 | Mekka |
46 | Al-Aħqaf | Id-Duna tal-istralċ twil | 35 | 4 | Mekka |
47 | Muhammad | Imħammed, Muħammed | 38 | 4 | Medina |
48 | Al-Fatħ | litteralment: Il-Fetħ, il-Konkwista | 29 | 4 | Medina |
49 | Al-Ħuġurat | Il-Kmamar | 18 | 2 | Medina |
50 | Qaf | (L-ittra) Qaf | 45 | 3 | Mekka |
51 | Ad-Darijat | L-Irjieħ Xerriedi | 60 | 3 | Mekka |
52 | At-Tur | Il-Muntanja | 49 | 2 | Mekka |
53 | An-Najm | litteralment, kelma arkajku: In-Niġma, il-Kewkba | 62 | 3 | Mekka |
54 | Al-Qamar | Il-Qamar | 55 | 3 | Mekka |
55 | Ar-Raħman | Ir-Reħmien, ir-Raħman, il-Ħniena | 78 | 3 | Medina |
56 | Al-Waqigħa | Il-Waqgħa, ġrajja inevitabbli | 96 | 3 | Mekka |
57 | Al-Ħadid | Il-Ħadid | 29 | 4 | Medina |
58 | Al-Muġadila | Il-Mittallba, il-mara li titlob | 22 | 3 | Medina |
59 | Al-Ħaxr | L-Eżilju | 24 | 3 | Medina |
60 | Al-Mumtahina | L-Imgħarbla, il-mara eżaminata | 13 | 2 | Medina |
61 | As-Saff | Is-Saff | 14 | 2 | Medina |
62 | Al-Ġumugħa | Il-Ġimgħa | 11 | 2 | Medina |
63 | Al-Munafiqun | L-Imnefqin, l-ipokriti | 11 | 2 | Medina |
64 | At-Tagħabun | It-Tqarriq, il-qerq | 18 | 2 | Medina |
65 | At-Talaq | It-Talq, id-divorzju | 12 | 2 | Medina |
66 | At-Taħrim | Il-Projbizzjoni | 12 | 2 | Medina |
67 | Al-Mulk | Id-Dominju, is-Saltna | 30 | 2 | Mekka |
68 | Al-Qalam | Il-Pinna | 52 | 2 | Mekka |
69 | Al-Ħaqqa | Ir-Realtà Vera | 52 | 2 | Mekka |
70 | Al-Maġħariġ | L-Imtala', it-turġien axxendenti | 44 | 2 | Mekka |
71 | Nuh | Nuh, Noè | 28 | 2 | Mekka |
72 | Al-Jinn | Il-Ġinn | 28 | 2 | Mekka |
73 | Al-Mużżammil | (Min) l-Imdawwar (f'kutra) | 20 | 2 | Mekka |
74 | Al-Muddatir | L-Imkabbaz, min imgħotti b'kabozza | 56 | 2 | Mekka |
75 | Al-Qiyama | Il-Qawmien (mill-mewt) | 40 | 2 | Mekka |
76 | Al-Insan | Il-Bniedem | 31 | 2 | Medina |
77 | Al-Mursalat | Il-Mibgħutin | 50 | 2 | Mekka |
78 | An-Naba' | Il-Ħabar, l-Aħbar | 40 | 2 | Mekka |
79 | An-Nazigħat | Dawk li Jaħtfu | 46 | 2 | Mekka |
80 | Għabasa | Qarras Wiċċu | 42 | 1 | Mekka |
81 | At-Takwir | It-Tgergib | 29 | 1 | Mekka |
82 | Al-Infitar | L-Inferaq | 19 | 1 | Mekka |
83 | Al-Mutaffifin | Il-Froditaturi | 36 | 1 | Mekka |
84 | Al-Inxiqaq | L-Inxaqq | 25 | 1 | Mekka |
85 | Al-Buruġ | litteralment: Il-Bruġ; il-Kostellazzjonijiet | 22 | 1 | Mekka |
86 | At-Tariq | It-Tiereq, kewkba ta' filgħodu | 17 | 1 | Mekka |
87 | Al-Agħla | L-Ogħla | 19 | 1 | Mekka |
88 | Al-Għaxija | Il-Ġrajja li Tgħatti għal kollox | 26 | 1 | Mekka |
89 | Al-Faġr | Is-Sebħ | 30 | 1 | Mekka |
90 | Al-Balad | Il-Belt | 20 | 1 | Mekka |
91 | Ax-Xams | Ix-Xemx | 15 | 1 | Mekka |
92 | Al-Lajl | Il-Lejl | 21 | 1 | Mekka |
93 | Ad-Duħa | L-Għodwa | 11 | 1 | Mekka |
94 | Al-Inxira | The Expansion of Breast, Solace, Consolation, Relief | 8 | 1 | Mekka |
95 | At-Tin | It-Tin | 8 | 1 | Mekka |
96 | Al-Għalaq | L-Embolu | 19 | 1 | Mekka |
97 | Al-Qadr | Il-Qadr, il-Qawwa; id-Destin | 5 | 1 | Mekka |
98 | Al-Bajjina | Il-Prova Ċara | 8 | 1 | Medina |
99 | Az-Żalżala | litteralment: Iż-Żilżla; it-Terremot | 8 | 1 | Medina |
100 | Al-Għadijat | Il-Lebbitin | 11 | 1 | Mekka |
101 | Al-Qarigħa | Il-Kalamità | 11 | 1 | Mekka |
102 | At-Takatur | L-Itkattir | 8 | 1 | Mekka |
103 | Al-Għasr | Iż-Żmien, l-Għasar | 3 | 1 | Mekka |
104 | Al-Humaża | Il-Kalunnjatur, il-Qasqasa | 9 | 1 | Mekka |
105 | Al-Fil | litteralment, kelma arkajku: il-Fil, l-Iljunfant | 5 | 1 | Mekka |
106 | Qurajx | Qurajx | 4 | 1 | Mekka |
107 | Al-Magħun | Il-Mgħin, għajnuna żgħira, il-Karità | 7 | 1 | Mekka |
108 | Al-Kawtar | Il-Kawtar, xmara fil-Ġenna | 3 | 1 | Mekka |
109 | Al-Kafirun | Il-Kefrin, dawk li ma emmnux | 6 | 1 | Mekka |
110 | An-Nasr | litteralment, kelma arkajku: In-Nasr; l-Għajnuna | 3 | 1 | Medina |
111 | Al-Masad | Il-Fibra tal-Palm | 5 | 1 | Mekka |
112 | Al-Iħlas | Is-Sinċieri | 4 | 1 | Mekka |
113 | Al-Falaq | It-Tbexbix | 5 | 1 | Mekka |
114 | Al-Nas | In-Nies | 6 | 1 | Mekka |
Referenzi
immodifika- ^ Guillaume, Alfred (1954). Islam (bl-Ingliż). Edinburgh: Penguin books.
Jista' jiġi affermat li fi ħdan il-letteratura tal-Għarab, wiesgħa u fekunda kemm hija fil-poeżija kif ukoll fil-proża elevata, m'hemm xejn x'tqabbel magħha.
- ^ Toropov, Brandon; Buckles, Luqa (2004). Gwida Kompleta tal-Idiot għar-Reliġjonijiet Dinjija (bl-Ingliż). Alpha. p. 126. ISBN 978-1 -59257-222-9.
Il-Musulmani jemmnu li l-ħafna laqgħat divini ta’ Muhammad matul is-snin tiegħu f’Mekka u Medina ispiraw il-bqija tal-Koran, li, kważi erbatax-il sekli wara, jibqa' l-kapolavur preeminenti tal-lingwa Għarbija.
Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt:|date=
u|location=
(għajnuna) - ^ Esposito, John (2010). Islam: The Straight Path (bl-Ingliż) (4th ed.). Oxford University Press. p. 21. ISBN 978-0-19-539600-3.
Tul l-istorja, ħafna Nsara Għarab ukoll qiesuha bħala l-perfezzjoni tal-lingwa u l-letteratura Għarbija. .
Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|page=
(għajnuna) - ^ a b ċ d e "Qur'an | Description, Meaning, History, & Facts | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). 2024-09-09. Miġbur 2024-09-10.
- ^ Għarbi: بسم الله الرحمن الرحيم Trażlitterata bħala: bismi-llāhi r-Raḥmāni r-Raḥīm.
- ^ Allen, Roger An Introduction to Arabic literature, Cambridge University Press, 2000 ISBN 0-521-77657-0. p. 53
- ^ Approaches to the Asian Classics, Bloom Irene u De Bary William Theodore De Bary, Columbia University Press, 1990, p. 65
- ^ Akgul, Muhittin (2009). The Quran in 99 Questions (Abdullah Erdemli Trans.) (bl-Ingliż). New Jersey: Tughra Books. ISBN 1597841307.
- ^ Suret l-Embolu, 96:1-5
- ^ Tarmizi, Luqman (21 Frar 2019). "Pejabat Mufti Wilayah Persekutuan - IRSYAD FATWA SERIES 292: THE LAST VERSE OF THE QURAN THAT WAS REVEALED". muftiwp.gov.my (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
- ^ Suret il-Baqra, 2:281
- ^ "Suret il-Baqra, 2-285". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
- ^ "Suret il-Mejda, 5:68". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
- ^ "Suret in-Nisa, 4:163". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
- ^ "Suret il-Mejda, 5:17". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
- ^ "Suret il-Baqra, 2:75". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
- ^ "Suret il-Baqra, 2:79". Quran.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-09-10.
Il-Koran bil-Malti
immodifika- Il-Qoran imqaddes, maqlub mill-Għarbi minn Martin R. Zammit u Muħammad El-Sadi. ISBN: 9789959281500, Tripli, Libja : Għaqda Dinjija għas-Sejħa Islamika, 2008.
- Il-Quran, imfisser bil-Malti minn Edmund Teuma bi studju qabel ta’ Joseph Ellul. Valletta: Provinċja Franġiskana Maltija, 2000.