(Translated by https://www.hiragana.jp/)
Alex Ferguson - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Alex Ferguson

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn Chrisportelli (diskussjoni | kontribuzzjonijiet) nhar 18:55, 16 April 2011. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
(diff) ←Reviżjoni eqdem | Ara l-verżjoni attwali (diff) | Reviżjoni iġded→ (diff)

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Alexander Chapman Ferguson, magħruf aktar bħala Sir Alex Ferguson (Glasgow, 31 ta' Diċembru 1941) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Skoċċiż li ilu mill-1986 jikkowċja lil Manchester United.

B'24 sena bħala kowċ ta' Manchester United, hu hu l-aktar kowċ li serva lill-klabb fl-istorja, fejn ħa dan ir-rekord mingħand Sir Matt Busby nhar id-19 ta' Diċembru, 2010. Fl-1999 ġie nominat bħala kavallier għas-servizzi tiegħu favur il-logħba tal-futbol.

Bijografija

Imwieled lil Alexander Beaton Ferguson u lil Elizabeth Hardie, Ferguson kien ġej minn familja ta' ħaddiema. Hu twieled ġod-dar ta' nanntu f'Govan, nhar il-31 ta' Diċemru 1941, però trabba f'dar fil-kera mal-ġenituri tiegħu u ma' ħuh iż-żgħir Martin.

Karriera

Futboler

Il-karriera ta' Ferguson bħala futboler bdiet ma' Queen's Park fejn iddebutta bħala attakkant ta' sittax-il sena. Minkejja li ddeskriva din l-ewwel logħba tiegħu bħala "inkubu"[1] hu xorta waħda skorja l-uniku gowl ta' Queen's Park fit-telfa ta' 2–1 kontra Stranraer. Minħabba li Queen's Park ma kienx tim professjonali hu kien jaħdem ukoll fit-tarzna ta' Clyde.

Minkejja li skorja 20 gowl f'31 logħba, xorta waħda ma setax iżomm post fiss mal-ewwel ħdax u fl-1960 ingħaqad ma' St. Johnstone. Il-vena ta' gowls li kien fiha baqgħet sejra mal-klabb il-ġdid, però xorta waħda baqa' nieqes minn logħob regulari u talab għal numru ta' drabi li jiġi ċedut. Fis-sajf tal-1964 hu ingħaqad ma' Dunfermline fejn sar futboler professjonali.

Fl-ewwel staġun tiegħu, Dunfermline kienu fost l-isfidanti ewlenin tal-kampjonat Skoċċiż u waslu sal-finali tat-Tazza Skoċċiża, però Ferguson ma ntgħażilx biex jigħlab wara prestazzjoni deludenti fil-konfront mill-kampjonat kontra St. Johnstone. Dunfermline tilfu l-finali 3–2 kontra Celtic, u naqsu li jirbħu l-kampjonat b'punt. L-istaġun 1965–66 ra lil Ferguson jiskorja 45 gowl f'51 logħba, fejn flimkien ma' Joe McBride ta' Celtic kien l-aqwa skorer tal-kampjonat b'31 gowl.

Wara ingħaqad ma' Rangers għas-somma rekord ta' £65,000. Fil-finali tat-Tazza Skoċċiża 1969, hu ingħata t-tort għal gowl li laqqtu wara li kien skjerat li jimmarka lill-kaptan ta' Celtic, Billy McNeill.

Referenzi

  1. ^ The Boss (bl-Ingliż). p. 33.

Ħoloq esterni