(Translated by https://www.hiragana.jp/)
San Ġużepp - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

San Ġużepp

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn 92.251.103.137 (diskussjoni) nhar 11:01, 13 Frar 2012. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
(diff) ←Reviżjoni eqdem | Ara l-verżjoni attwali (diff) | Reviżjoni iġded→ (diff)

San Ġużepp kien il-missier putattiv ta' Ġesù Kristu.

Fit-Testment il-Ġdid

L-isem Ġużeppi bil-Lhudi huwa 'Josef' li ġejja minn 'jasaf' li tfisser tkattar. L-ewwel żewġ personaġġi li jiktbu fuq dan il-qaddis huma San Mattew u San Luqa. Skont San Mattew (1,20) San Ġużepp gej mir-razza ta' David. Ukoll skont San Luqa (2,4) jidher ċar li Ġużeppi gej minn din ir-razza. Skont San Mattew (1,16) missieru huwa Ġakobb, u skont San Luqa (3, 23) Għeli. Huwa evidenti li missieru huwa kif qal San Luqa, Għeli, għax dan qaluh in-nies ta' Ġerusalemm stess. Kien il-Kustodju msejjaħ minn Alla biex jieħu ħsieb lil Ġesù u lil Marija. Kien raġel żagħżugħ qaddis u mhux xiħ kif huwa ppreżentat f'ħafna stampi u statwi tiegħu. L-artisti jpinġuh xiħ biex tidher iżjed il-verġinità ta' Marija. Għalkemm kienu miżżewġin, it-tnejn baqgħu verġni. (Mattew 1, 18-21) San Ġużepp huwa l-Missier legali ta' Ġesù. La Marija hija ommu verġni, hekk ukoll Ġużeppi huwa Missieru Kast. Missier għax ir-raġel ta' Omm Ġesù, u kast għax ma kellux x'jaqsam mal-Inkarnazzjoni. •an Ġużepp jissemma wkoll meta mar ma' Marija l-Egittu biex isalvaw lil Ġesù u meta Ġesù intilef fit-tempju u wara tlett ijiem sabuh. Xejn iżjed ma' nafu fuq il-ħajja ta' Ġużeppi. Kieku kien għadu jgħix meta Ġesù miet fuq is-salib, kieku ma kienx jgħid lil Gwanni biex jieħu ħsieb lill-Madonna. Il-Vangelu jesprimi l-qdusija ta' dan ir-raġel b'kelma waħda li kien "ġust" (Matt. 2, 19). Allura kien innoċenti, pur, kast, virtuż. Rett, mimli setgħa biex jegħleb il-passjonijiet tiegħu, u kellu bilanċ tajjeb bejn dak li hu uman u dak li hu Divin. Kellu fidi qawwija u dan narawh fit-twemmin tiegħu lejn martu li ma ħarġitx tqila minnu. Il-Fidu u t-tama offrewlu ferh, ottimiżmu u mhabba. L-imħabba ddominatlu ħajtu. Iz-żwieġ ma kienx isir bħalma nafuh illum. Iż-żwieġ kien jinvolvi prinċipalment lil missirijiet tal-għarajjes. Jekk il-missier ikun mejjet, jigi involut l-iben il-kbir. Ir-rabbi iffissaw l-età minima li fiha wieħed seta’ jiżżewweġ. Tnax il-sena għall-bniet u tlettax għas-subien. L-għarajjes kienu jitlaqqgħu mill-ġenituri. Missier l-għarus kien jagħti ċerta somma lil missier l-għarusa (tissejjah mehar) għax peress li issa, l-familja tal-għarusa tkun se titlef persuna utli għax-xogħol, l-għarus ipatti għal dan it-telf permezz tas-somma mogħtija. F’Elfavtina, l-Eġittu, instab dokument ta' firma taż-żwieġ ta' tnejn min nies li jgħid hekk: "Hija l-mara tiegħi u jien żewġha, mil-lum għal dejjem". Anke San Ġużepp kien iffirma l-patt tiegħu hekk biex jieħu l-Marija. Mal-firma tal-kuntratt ix-xebba ssir għarusa tar-raġel li ħadd ħlief il-mewt ma tista’ tifridha minnu. Iżda skont id-drawwa Ebrajka, iż-żwieġ kien ikun komplut meta r-raġel iħalli d-dar tal-ġenituri tiegħu u jingħaqad ma' martu; dan kien isir xi sena wara l-firma tal-kuntratt. Il-festa tat-tieġ komplut tieħu xi ġimgħa u tibda billi l-għarusa tmur f'dar l-għarus. Din tidħol b'mant fuq wiċċha li jitneħħa mill-għarus fil-kamra taż-żwieġ. L-għarusa tkun akkumpanjata minn ħafna xebbiet li fil-Vanġelu jissejħu verġni (Matt. 25, 1-13) u dawn joqogħdu jkantaw kant ta' mħabba. Anke l-għarus u l-għarusa kienu jridu jkantaw u skont il-profeta Ġeremija l-kant tal-għarajjes kien l-iżjed mistenni. Meta l-Madonna ħarġet tqila kienet għadha għamlet biss l-ewwel pass taz-żwieġ. U dan jispjegah ċar ħafna San Mattew (1,18) li kiteb id-drawwiet Ebrajki bla ma spjegahom. U jkompli San Mattew (1,24) "U qam kif qallu l-anġlu tal-Mulej u ħa lil martu għandu".

L-Istorja tad-Devozzjoni

Fl-ewwel tliet sekli tal-Knisja, San Ġużepp intesa jew twarrab xi ftit mill-kittieba biex jispikka aktar Ġesù. San Ġużepp reġa' beda jissemma fir-raba' seklu minn San Ġwann Griżostmu u San Ġilormu u Santu Wistin. San Ġilormu enfasizza il-Verġinità ta' Marija, allura biex jiċċara dan il-punt, semma l-kastità ta' Ġużeppi. Santu Wistin tkellem fuq il-qdusija, iż-żwieġ tiegħu. San Ġużepp reġa’ twarrab fis-sekli ta' wara, u kien propju fit-13 –il seklu meta reġa' ssemma minn San Tumas, li kiteb fuq iż-żwieġ qaddis ta' Ġużeppi u Marija u fuq il-Verginità tagħha. Kiteb fuqu wkoll J.Gerson (1363 - 1429). L-Arċisqof ta' Chambrai kien għamel trattat fuq it-12 il-Glorja ta' San Ġużepp fl-1495. San Bonaventura, il-kittieb Frangiskan tant magħruf, kiteb fuqu wkoll. San Bernard ta' Siena għamel studju wkoll billi ħa ħsieb jgħaqqad il-kitbiet ta' qabel biex it-tagħlim jinġabar fi ktieb wieħed. Isidoro Isolari għamel trattat ta' Teologija Ġużeppina fis-seklu ħmistax: "Summa de Donis S.Joseph". Nhar it-8 ta' Diċembru 1870, San Ġużepp ġie iddikjarat Patrun tal-Knisja Universali u d-19 ta' Marzu ntgħażlet biex tkun iddedikata lilu. Dan sar mill-Beatu Papa Piju IX. Fuq San Ġużepp kitbu wkoll San Piju X, Papa Benedittu XV, Piju XI u Piju XII. Il-Papa Piju XII iddedika l-ewwel ta' Mejju lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Ħaddiema. Il-Beatu Papa Ġwanni XXIII, għażel lil San Ġużepp bħala Patrun tal-Konċilju Vatikan II f’ittra tiegħu tad-19 ta' Marzu 1961.