Yangdong
Yangdong huwa villaġġ folkloristiku tradizzjonali tal-yangban (l-aristokrazija Koreana) li oriġina minn żmien id-dinastija Joseon fil-Korea t'Isfel. Il-villaġġ jinsab f'Gangdong-myeon, sittax-il kilometru fil-Grigal ta' Gyeongju, Gyeongsangbuk-do, tul ix-xmara Hyeongsan. Il-muntanja Seolchang tinsab fit-Tramuntana tal-villaġġ. Dan il-villaġġ ġie ddeżinjat bħala l-Proprjetà Folkloristika Importanti Nru 189 mill-gvern tal-Korea t'Isfel.
Id-daqs, il-livell ta' preservazzjoni, l-għadd ta' assi kulturali, l-aspett tradizzjonali u l-pajsaġġ naturali mill-isbaħ tal-villaġġ jikkontribwixxu għall-importanza tal-villaġġ ta' Yangdong. Huwa eżempju mill-aqwa wkoll tal-istil ta' ħajja tal-yangban (l-aristokrazija Koreana) u tat-tradizzjonijiet tan-Neo-Konfuċjaniżmu.
Il-villaġġ tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2010 flimkien mal-villaġġ folkloristiku ta' Hahoe.[1]
Ħarsa ġenerali
Il-villaġġ ġie stabbilit minn Son So (
Għalkemm parti mill-villaġġ illum il-ġurnata m'għadux okkupat, il-villaġġ inġenerali għandu iktar minn 160 dar imsaqqfa bit-tegoli jew bil-ħuxlief, ilkoll mibnija fil-foresta densa. 54 dar storika li għandhom iktar minn 200 sena ġew ippreservati. Il-villaġġ għadu jippreserva d-drawwiet folkloristiċi kif ukoll il-binjiet tradizzjonali tal-arkitettura ta' żmien id-dinastija Joseon. Is-Seobaekodang hija r-residenza primarja tal-familja tas-Son ta' Wolseong. Il-Mucheomdang hija r-residenza primarja tal-familja ta' Yeogang Yi.[3] Il-Hyangdan huwa t-Teżor Nazzjonali Nru 412.[4] Il-Paviljuni ta' Ihayangjeon u ta' Simsujeong, u l-iskola ta' Ganghakdang huma strutturi notevoli wkoll tal-villaġġ, flimkien mal-Gwangajeong[5] u mas-Sonsoyeongjeong.[6] It-Tonggamsokpyeon huwa ktieb stampat b'tipa tal-metall mobbli li jinsab fil-villaġġ u huwa t-Teżor Nazzjonali Nru 283[7].
Fost il-proprjetajiet folkloristiċi importanti fil-villaġġ insibu:
- is-Seobaekdang (Nru 23),
- in-Nakseondang,[8]
- is-Sahodang,[9]
- is-Sangchunheon,[10]
- il-Villa ta' Geunam,[11]
- il-Villa ta' Dugok,[12]
- is-Sujoldang,[13]
- l-Ihyangjeong,[14]
- is-Suunjeong,[15]
- is-Simsujeong,[16]
- l-Allakjeong,[17]
- il-Ganghakdang.[18]
Proprjetajiet kulturali oħra jinkludu:
- il-Jeokgae Gongsin Nonsang Rokgwan (il-Proprjetà Kulturali Tanġibbli Nru 13),
- it-Testment ta' Sonso (il-Proprjetà Kulturali Tanġibbli Nru 14),
- is-Siġra taż-Żnuber f'Yangdong,[19]
- id-Daeseongheon,[20]
- is-Son Jong-ro Jeongchungbigak (il-Proprjetà Kulturali Nru 261),
- il-Gyeongsan Seodang (Proprjetà Kulturali Folkloristika),
- id-Dugok Yeongdang (Proprjetà Kulturali Folkloristika).
Il-villaġġ isegwi t-topografija tal-muntanji u tal-widien u għandu l-għamla tal-karattru "Hanja" tal-Korean. Dan l-arranġament jiġi ppreservat b'reqqa kbira. Id-djar tal-klans tas-Son ta' Wolseong u ta' Yeogang Yi, kif ukoll id-djar tad-dixxendenti tagħhom, jinsabu fl-għoli qalb il-muntanji u l-widien. Id-djar ta' dawk ta' klassi iktar baxxa, ikkaratterizzati mis-soqfa bil-ħuxlief, inbnew iktar fil-baxx. L-organizzazzjoni tal-villaġġ tenfasizza l-istratifikazzjoni soċjali rigoruża li kienet karatteristika tas-soċjetà fi żmien id-dinastija Joseon. Ir-Re Karlu III żar il-villaġġ ta' Yangdong fl-1993 meta kien għadu prinċep.[21]
Sit ta' Wirt Dinji
Il-Villaġġi Storiċi ta' Hahoe u ta' Yangdong fil-Korea t'Isfel ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2010.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Gallerija
-
Uħud mir-residenzi folkloristiċi tradizzjonali ta' Yangdong.
-
Waħda mir-residenzi folkloristiċi tradizzjonali ta' Yangdong.
-
Yangdong.
-
Id-djar tradizzjonali tal-villaġġ.
-
Veduta tal-villaġġ.
-
Id-daħla ta' waħda mir-residenzi l-iktar notevoli tal-villaġġ.
-
Il-Paviljun ta' Gwangajeong.
Ara wkoll
Referenzi
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Villages of Korea: Hahoe and Yangdong". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-02-19.
- ^ "'손소'". encykorea.aks.ac.kr (bil-Korean). Miġbur 2023-02-19.
- ^ "Cultural Heritage, the source for Koreans' Strength and Dream". web.archive.org. 2007-09-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-09-30. Miġbur 2023-02-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

- ^ "Cultural Heritage, the source for Koreans' Strength and Dream". web.archive.org. 2007-03-14. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-03-14. Miġbur 2023-02-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Cultural Heritage, the source for Koreans' Strength and Dream". web.archive.org. 2007-09-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-09-28. Miġbur 2023-02-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

- ^ "Official Site of Korea Tourism Org.: Gyeongju Yangdong Village [UNESCO World Heritage] (경주 양동마을 [유네스코 세계문화유산])". web.archive.org. 2013-10-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-10-23. Miġbur 2023-02-19.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)