Baeza
Baeza | |||
---|---|---|---|
Spanja | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Spanja | ||
Autonomous community of Spain | Andalusija | ||
Provinċja ta' Spanja | Provinċja ta' Jaén | ||
Kap tal-Gvern | Lola Marín Torres (en) | ||
Isem uffiċjali | Baeza | ||
Kodiċi postali |
23440 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 37°59′N 3°28′W / 37.98°N 3.47°WKoordinati: 37°59′N 3°28′W / 37.98°N 3.47°W | ||
Superfiċjenti | 194.2 kilometru kwadru | ||
Għoli | 769 m | ||
Fruntieri ma' | Bedmar y Garcíez (en) , Begíjar (en) , Ibros (en) , Jimena (en) , Jódar (en) , Lupión (en) , Mancha Real (en) , Rus (en) u Úbeda | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 15,723 abitanti (2023) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Żona tal-Ħin | UTC+1 | ||
bliet ġemellati | Úbedau Carcassonne | ||
baeza.net |
Baeza (ippronunzjata bl-Ispanjol: [baˈe
Baeza hija magħrufa l-iktar għall-uħud mill-aqwa eżempji ppreservati ta' arkitettura Rinaxximentali Taljana fi Spanja. Flimkien ma' Úbeda, tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003.[1] L-eks veskovat tal-Viżigoti ta' Baeza għadu sede titolari Kattolika Latina.
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]Il-belt tinsab f'xifer irdum fil-Loma de Úbeda li jissepara x-xmara Guadalquivir fin-Nofsinhar mix-xmara Guadalimar fit-Tramuntana.[2]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Il-belt tinsab f'elevazzjoni għolja madwar tliet mili (4.8 km) mix-xatt tal-lemin tax-xmara Guadalquivir fil-Loma de Úbeda. Taħt ir-Rumani, il-belt kienet magħrufa bħala Beatia. Wara l-ħakma tal-Viżigoti, Beatia saret is-sede tal-veskovat ta' Baeza. Mill-bidu tas-seklu 7 inħakmet minn diversi stati Għarab u Berberi matul il-perjodu ta' Al-Andalus, u ssejħet Bayyasa.[3]
Id-djoċesi Kristjana ġiet stabbilita mill-ġdid fl-1127 jew fl-1147 wara l-ħakma tal-belt minn Alfonso VII ta' Kastilja, iżda mbagħad reġgħet inħakmet mill-Almoħadi. Wara l-Battalja ta' Las Navas de Tolosa, Ferdinandu III ta' Kastilja fl-1227 reġa' ħakem il-belt u ta lil Fuero de Cuenca, korp leġiżlattiv, sabiex jiffaċilita l-Ordni Kastiljana u istituzzjonijiet ġodda.
Għall-kumplament tal-Medju Evu, Baeza baqgħet, flimkien ma' Jaén, Úbeda u Andújar fost il-bliet dominanti fir-Renju ta' Jaén, għalkemm il-ħakma tal-1248 ta' Jaén donnha ffavuriet ix-xorti ta' dik il-belt, li kienet tgawdi minn pożizzjoni strateġika fir-rigward tar-Renju ta' Granada.[4]
L-iżjed għelejjel importanti kienu dawk taċ-ċereali, ikkomplementati mid-dwieli, iż-żebbuġ u l-lewż.[5] Is-siġar taż-żebbuġ, xejn x'jaqsam mal-monokultivazzjoni ta' llum il-ġurnata, batiet mis-seklu 15 'il quddiem minħabba l-kultivazzjoni tas-sumak.[6]
Id-djoċesi ta' Baeza saret ħaġa waħda ma' Jaén fl-1248 jew fl-1249, iżda iktar 'il quddiem reġgħet inqatgħet għaliha bħala sede titolari tal-Knisja Kattolika Rumana.[7] Flimkien magħha ġiet stabbilita wkoll l-università, li sawret il-personalità kulturali tal-belt matul is-sekli ta' wara. Barra minn hekk, żewġ familji setgħana, Benavides u Carvajales, ikkompetew bejniethom għall-poter u ddeterminaw l-evoluzzjoni storika tal-belt, li kienet tirrikjedi l-intervent ta' Isabel I ta' Kastilja fl-aħħar tas-seklu 15.
Sal-bidu tas-seklu 16, il-ġurisdizzjoni ta' Baeza kienet estiża lil hinn mill-belt proprja sal-villaġġi ta' Begíjar, Lupión, Ibros, Rus, Vílchez, Bailén, Baños, Linares u Castro.
Is-seklu 16 kien l-epoka tad-deheb ta' Baeza (u ta' Úbeda fil-qrib). Il-belt saret sinjura permezz ta' diversi industriji, b'mod partikolari tat-tessuti, u l-familji nobbli, li kellhom konnessjonijiet tajbin mal-istat Imperjali Spanjol. Huma qabbdu arkitetti ewlenin ta' dik l-epoka (inkluż Andrés de Vandelvira) biex jiddisinjaw il-katidral, il-knejjes, il-binjiet pubbliċi u l-palazzi privati bl-istil Taljan li tant kien moda dak iż-żmien. Il-binja tal-università tal-belt tmur lura għall-1533. L-importanza tal-belt naqset fis-seklu 17, u l-unika industrija li kien għad fadal kienet tikkonsisti mill-produzzjoni lokali tal-qmuħ u taż-żejt taż-żebbuġa. Peress li nbnew inqas strutturi ġodda matul dan il-perjodu, dan wassal għall-preservazzjoni tal-legat Rinaxximentali tal-belt. L-università ngħalqet għal xi żmien qabel ma reġgħet infetħet sas-seklu 19 bħala seminarju. Fis-snin 70 tas-seklu 19, il-popolazzjoni kienet tlaħħaq madwar 11,000 ruħ; matul il-ftit deċennji ta' wara nbniet il-linja ferrovjarja Linares–Almeria fil-qrib u l-popolazzjoni tal-belt kibret għal 14,000 ruħ sal-1900.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Kumplessi Monumentali Rinaxximentali ta' Úbeda u Baeza ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2003.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Attrazzjonijiet prinċipali
[immodifika | immodifika s-sors]Baeza għadha tospita diversi binjiet pubbliċi fini:
- Il-Katidral tan-Natividad de Nuestra Señora, li għandu pilastri Gotiċi bikrin u Platereski u volti li jidħlu f'xulxin li tlestew fis-seklu 16 bi stil Rinaxximentali mill-arkitett rinomat Andŕes de Vandelvira, u fl-1584 mill-arkitett u l-matematiku Juan Bautista Villalpando. It-torri tal-kampnar ġie rikostruwit fl-1549 u l-Kappella ta' San Mikiel żdiedet fl-1560.
- Il-Muniċipju (Ayuntamiento), binja tal-istil Plateresk li oriġinarjament inbniet bħala qorti u ħabs f'daqqa, b'żewġ daħliet prinċipali separati.
- L-Università ta' Baeza, stabbilita fl-1533 jew fl-1538, u issa skola sekondarja.
- Il-Knisja tas-Salib Imqaddes, knisja Rumaneska b'navata, żewġ korsiji u apsida semiċirkolari. Ħajt laterali tal-knisja jinkorpora ħnejja ta' żmien il-Viżigoti.
- Il-Knisja ta' San Pawl, knisja Gotika b'portal Rinaxximentali, navata b'żewġ korsiji u kappelli Gotiċi. Tinkludi l-qabar ta' Pablo de Olavide.
- Il-Kappella ta' San Franġisk, fil-fdalijiet ta' binja Rinaxximentali tal-1538 li qabel kienet tintuża bħala monasteru.
- Il-Palazz ta' Jabalquinto (Palacio de Jabalquinto), li jinkludi daħla Gotika u maġenbha żewġ pilastri ċilindriċi b'kapitelli Platereski u tiżjin bil-mocárabes, bitħa Rinaxximentali u taraġ Barokk.
- Il-Pjazza ta' Spanja (Plaza de España).
- Il-Pjazza tal-Kostituzzjoni (Plaza jew Paseo de la Constitucíon), li tinkludi funtana tal-irħam imżejna bil-Karjatidi.
- Il-Funtana ta' Santa Marija (1564).
- Il-Funtana tal-Iljuni, mill-fdalijiet Ibero-Rumani ta' Cástulo li x'aktarx li jirrappreżentaw lil Himilce, il-mara tal-ġeneral Kartaġiniż Annibale.
- Id-Daħla ta' Úbeda u d-Daħla ta' Jaén.
- L-Arkata ta' Villalar (Arco de Villalar), li nbniet għaż-żjara tal-1526 ta' Karlu V bħala ġieħ għar-rebħa tiegħu tal-1521 f'Villalar.
- Is-Seminarju u Oratorju ta' San Filippu Neri (1660).
Trasport
[immodifika | immodifika s-sors]Baeza tinsab 327 kilometru (203 mili) fin-Nofsinhar ta' Madrid bl-awtostrada. L-istazzjon ferrovjarju Linares–Baeza ta' RENFE jinsab 15-il kilometru (disa' mili) 'il bogħod lejn il-Lbiċ; jagħmel parti mil-linja ferrovjarja Linares-Almeria. Hemm konnessjonijiet bil-karozza tal-linja lejn Granada, Málaga u Madrid. Granada (132 km jew 82 mil 'il bogħod) u Málaga (241 km jew 150 mil 'il bogħod) huma l-eqreb ajruporti internazzjonali.
Nies notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]- Saro, isqof (għall-ħabta tat-862).
- Domingo, isqof (1236–1249), patri Dumnikan u eks isqof tal-Marokk mis-27 ta' Ottubru 1225 sal-1236.
- Gaspar Becerra, skultur u pittur.[8]
- San Ġwann ta' Ávila, mistiku Kristjan.[9][10]
- San Ġwann tas-Salib, mistiku Kristjan.[11]
- Pablo de Olavide.[12][13]
- Antonio Machado, poeta modernist li x-xogħol tal-proża l-iktar notevoli tiegħu Juan de Mairena huwa maħsub li ġie ispirat minn żmienu bħala għalliem f'Baeza (1912–1919)
- Ginés Martin de Aranda, disinjatur tal-Funtana ta' Marija fil-pjazza prinċipali ta' Baeza. Huwa kkontribwixxa wkoll f'uħud mix-xogħlijiet tal-Katidral ta' Baeza.
Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]Baeza hija ġemellata ma':
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Renaissance Monumental Ensembles of Úbeda and Baeza". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-24.
- ^ "Paisaje de Úbeda y Baeza. Instituto Andaluz del Patrimonio Histórico. p. 5-6" (PDF).
- ^ Baeza. III. Miġbur 2022-08-24.
- ^ Argente del Castillo, Carmen; Rodríguez Molina, José (1987). "La ciudad de Baeza a través de sus ordenanzas". En la España Medieval. Madrid: Ediciones Complutense (10): 323–342. ISSN 0214-3038. p. 324.
- ^ Argente del Castillo, Carmen; Rodríguez Molina, José (1987). "La ciudad de Baeza a través de sus ordenanzas". En la España Medieval. Madrid: Ediciones Complutense (10): 323–342. ISSN 0214-3038. p. 327.
- ^ Argente del Castillo, Carmen; Rodríguez Molina, José (1987). "La ciudad de Baeza a través de sus ordenanzas". En la España Medieval. Madrid: Ediciones Complutense (10): 323–342. ISSN 0214-3038. p. 328.
- ^ Annuario Pontificio (bil-Latin), 2013, p. 847.
- ^ "Gaspar Becerra | Real Academia de la Historia". dbe.rah.es. Miġbur 2022-08-24.
- ^ "Baeza homenajea a San Juan de Ávila – Diócesis de Jaén" (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-08-24.
- ^ "San Juan de Ávila, más de cerca en Baeza". www.diariojaen.es (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-08-24.
- ^ Chicharro Chamorro, Dámaso (2018). De nuevo sobre san Juan de la Cruz en Baeza: entre el colegio de san Basilio y la universidad ("El nido de los conversos). Boletín. Instituto de Estudios Giennenses (bl-Ispanjol): 353–383. ISSN 0561-3590.
- ^ "Pablo de Olavide: biografia (1725-1803). Sevilla. Las Nuevas Poblaciones". personal.us.es. Miġbur 2022-08-24.
- ^ "Pablo de Olavide y Jáuregui - Universidad Pablo de Olavide, Sevilla". www.upo.es. Miġbur 2022-08-24.
- ^ "Carcassonne se trouve une jumelle". ladepeche.fr (bil-Franċiż). Miġbur 2022-08-24.