(Translated by https://www.hiragana.jp/)
Guillermo Burdisso - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Guillermo Burdisso

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Guillermo Burdisso
Informazzjoni personali
Isem sħiħGuillermo Enio Burdisso
Twelid26 ta' Settembru 1988 (1988-09-26) (36 sena)
Altos de Chipión, Arġentina
Tul1.87 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliUniversidad Católica
Karriera professjonali
SninKlabb
2005–2006El Porvenir
2006–2007Los Andes
2007–2012Rosario Central
2010–2011Roma (self)
2011–2012Arsenal de Sarandí (self)
2012–2015Boca Juniors
2014Galatasaray (self)
2015–2018Club León
2018–2020Independiente
2020–2022Lanús
2022Deportivo Cali
2023–Universidad Católica
Tim nazzjonali
2010Arġentina

Guillermo Enio Burdisso (twieled fl-24 ta' April 1988) huwa plejer tal-futbol Arġentin li jilgħab bħala difensur mat-tim ta' Universidad Católica. Guillermo huwa ħu d-difensur Nicolás Burdisso.

Fl-2006, hu lagħab ma Club El Porvenir, fil-Primera B Nacional. Fis-sajf tal-2008, hu ssieħeb ma Rosario Central. Huwa għamel id-debutt professjonali tiegħu fis-27 ta' Frar 2009, f'telfa ta' 3-1 kontra Banfield. Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu f'din l-apperenza.

Burdisso impressjona fl-ewwel tim ta' Rosario Central fl-2009, imma hu ma setax jevita l-Canallas u waqgħa fil-Primera B fl-aħħar tal-2010 Clausura. Huwa mbagħad issieħeb ma ħuh, Nicolas, ma Roma għal €500,000 bl-għażla li jinxtara għal €4.7 miljun. [1]

Burdisso ssieħeb ma Arsenal de Sarandí fl-2011. Fl-2012 Boca Juniors xtraw 25% tad-drittijiet ekonomiċi minn Rosario Central u partijiet terzi mill-Aġenzija tal-Isports HAZ rispettivament.[2]

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Burdisso għamel id-debutt tiegħu għat-Tim nazzjonali Arġentin fis-26 ta' Jannar 2010 f'rebħa ta' 3-2 kontra l-Kosta Rika. Huwa skorja t-tieni gowl fil-logħba.

Gowls Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]
Punteġġi u r-riżultati tal-Arġentina qedgħin fil-lista xellugija.
# Data Post Avversarju Punteġġ Riżultat Kompetizzjoni
1. 26 ta' Jannar 2010 San Juan, Arġentina  Kosta Rika 2 – 1 3 – 2 Logħba ta' ħbiberija
Arsenal

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]