Karnivoru
Karnivoru (mil-Latin "carne" - karni li tfisser laħam u "vorare" - -voru li tfisser taħtaf u tibla l-ikel), huwa definit bħala annimal b' dieta li tikkonsisti primarjament jew esklużivament mill-laħam kemm ta' annimali ħajjin kif ukoll mejtin. Annimali li jieklu esklużivament laħam jissejħu karnivori obligati.
Il-kelma Karnivoru xi drabi tirreferi għall-mammiferi tal-ordni Carnivora, imma din tista' tkun kawża ta' konfużżjoni. Għalkemm ħafna Carnivora jaqblu sewwa ma' din id-definizzjoni għax jieklu l-laħam esklużivament, dan mhux veru ghal kollha. Pereżempju l-ors huwa ta' membru ta' l-ordni Carnivora imma mhux karnivoru fis-sens ta' dieta. Il-karnivori bħall-erbivori hemm minnhom speċjalizzati per eżempju dawk li jieklu primarjament jew esklużivament insetti, jissejħu insettivori, u dawk li jieklu primarjament jew esklużivament ħut u dawn jissejħu pixxivori.
Hemm ukoll kemm il-ġeneru ta' ftit mijiet ta' speċi ta' pjanti karnivori. Il-maġġoranza ta' dawn huma primarjament tal-ispeċjalizzazjoni ta' karnivoriżmu insettivori.
Karatteristiċi tal-Karnivori
[immodifika | immodifika s-sors]Fost il-karatteristiċi li soltu nassoċjaw mal-karnivori hemm l-organi li jgħinu il-qbid u l-iżlugar tal-preda (is-snin u d-dwiefer jservu għal dan l-iskop f'ħafna speċi ta' annimali vertebrati) u li huma kaċċaturi. Fil-fatt niżbaljaw jekk naħsbu hekk għax uħud mil-karnivori ma jaqbdux annimali ħajjin imma huma nekrofaġi jiġifieri jieklu annimali diġà maqtula (għalkemm il-biċċa l-kbira tal-karnivori kaċċaturi jieklu wkoll annimali mejtin jekk ikollhom iċ-ċans).
Karnivori Obligati
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Karnivori obbligati huma annimali li jikkonsmaw il-laħam biss. Jista' jkun li dawn jieklu prodotti oħra wkoll, l-iżjed prodotti li ġejjin mill-annimali bħall-ġobon u l-mudullun jew sustanzi ħelwin bħall-għasel, iżda peress li dawn mhumiex essenzjali, ma jikkunsmahomx regolarment. Il-karnivori obligati mhumiex mgħammra fiżikament, b'diġestjoni effiċjenti għall-pjanti, infatti x'uħud mill-mammiferi karnivori jieklu l-ħxejjex biss bħala emetiċi.
Materjal tal-Pjanti
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-biċċa l-kbira tal-każi, xi materjal tal-pjanti huwa essenzjali għal dieta adekwata, partikolarment għall-minerali, vitamini u fibra. Ħafna mill-karnivori salvaġġi jieħdu biżżejjed minn dawn mis-sistema tad-diġestjoni tal-annimali li jieklu. Minnbarra hekk, ħafna speċi ta' karnivori jieklu id-demel tal-annimali erbivori, preżumibbilment biex jakkwistaw nutrijenti essenzjali neqsin mid-dieta tagħhom, li ma jistgħux jakkwistaw b‘mod ieħor, peress li s-snien u s-sistema tad-diġestjoni, iddum biex tipproċessa l-pjanti.
Eżempji ta' Annimali Karnivori
[immodifika | immodifika s-sors]- Mammiferi: xitan tat-tasmanja, qtates, klieb, jeni, ors polari, bumerini, iljuni tal-baħar u balini bis-snien.
- Għasafar: ajkli, isqra, kokk, pingwini u pelikani.
- Amfibjani: żrinġijiet u salamandri
- Rettili: sriep, gremxul u kukudrili.
- Ħut: klieb il-baħar u tonn.
- Invertebrati: qarnit, klamari, brimb, skorpjumi u ħafna speċi ta' insetti.
Ara Ukoll
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Frank, L. 1996. Female masculinization in the spotted hyena: Endocrinology, behavioral ecology, and evolution. Pp. 78-131 in J. L. Gittleman, ed. Carnivore Behavior, Ecology, and Evolution, vol. 2. Ithaca: Cornell University Press.
- King, C. 1989. The advantages and disadvantages of small size to weasels, Mustela species. Pp. 302-334 in J. L. Gittleman, ed. Carnivore Behavior, Ecology, and Evolution, vol. 1. Ithaca: Cornell University Press.
- Korpimaki, E., K. Norrdahl. 1989. Avian predation on mustelids in Europe 1. Occurrence and effects on body size variation and life traits. Oikos, 55(2): 205-215.
- Flynn et al: Filoġenija Molekolari ta' l-ordni Carnivora
- Wesley-Hunt: Filoġenija tal-Karnivori.
- Stampi ta' mħuħ ta' speċi Karnivori b' resoluzjoniji għolja.