(Translated by https://www.hiragana.jp/)
Liebru xkupa - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Liebru xkupa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Liebru xkupa
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. castroviejoi
Isem binominali
Lepus castroviejoi
Palacios, 1977

Il-Liebru xkupa (Lepus castroviejoi) huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha, nattiv tal-kontinent tal-Ewropa u endemiku ta' Spanja.

Dan il-liebru huwa speċi rari u ristretta ħafna, mifruxa ma' arja żgħira fil-peninżula Iberika fuq il-Muntanji ta' Kantabrija fit-Tramuntana ta' Spanja bejn Sierra de Ancares u Sierra de Pena Labra. Il-liebru xkupa jgħix fil-muntanji b'elevazzjoni bejn 1,300 u 1,900 metru, għalkemm fix-xitwa jinżel aktar fil-baxx f'elevazzjoni ta' madwar 1000 metru biex jiskarta it-temperaturi kesħin u s-silġ għoli.

Il-liebru xkupa għal żmien twil kien ikkunsidrat bħala sottospeċi tal-Liebru Ewropew (Lepus europaeus) sakemm fl-1976 ġiet deskritta xjentifikament bħala speċi distinta. Ftit li xejn hemm informazzjoni dwar l-ikel, ir-riproduzzjoni u l-imġieba ta' dan il-liebru, imma x-xjentisti jaħsbu li jgħix ħajja simili tal-liebru Ewropew.

Liebru xkupa adult jikber bejn 45 u 60 ċentimetru twil, b'denb ta' bejn 5 u 10 ċentimetri oħra, par saqajn fuq wara ta' madwar 20 ċentimetru u par widnejn enormi li kapaċi jilħqu it-tul inkredibli ta' 20 ċentimetru.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Dan il-liebru wara li għal ħafna żmien kien ikkunsidrat bħala sottospeċi ta' Lepus europaeus ġie kklassifikat bħala speċi separata fl-1976, u huwa wieħed minn għaxar speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u ma' hemm l-ebda sottospeċi rikonoxxuta.

"Lepus europaeus castroviejoi" huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Lepus castroviejoi ta' Palacios, 1976.