(Translated by https://www.hiragana.jp/)
Mixja Neokatekumenali - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Mixja Neokatekumenali

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ikona tal-Mixja Neokatekumenali.

Il-Mixja Neokatekumenali jew Neokatekumenat hija Katekumenat Post-Batteżimali, ċioè proċess ta' inizjazzjoni Kristjana fi ħdan il-Knisja Kattolika li hija ddedikata għall-formazzjoni ta' fidi adulta. Hija nbdiet mill-pittur Spanjol Kiko Arguello fil-bidu tas-sittinijiet u ntlaqgħet bl-approvazzjoni tal-Kurja Rumana. Tul dawn l-aħħar tletin sena, hija għenet biex jiffurmaw iżjed minn 73 Seminarju Missjunarju Djoċesan madwar id-dinja. F'Ġunju tal-2002, is-Santa Sede approvat l-Istatuti tal-Mixja Neokatekumenali "ad experimentum" filwaqt li l-Knisja Kattolika tat l-approvazzjoni finali tagħha f'Ġunju tal-2008 fejn il-Mixja Neokatekumenali ġiet iddikjarata "Personae Giuridca Publica", jiġifieri f'dak kollu illi tagħmel il-Mixja Neokatekumenali, qiegħda tiġi rrapreżentata l-Knisja Kattolika. [1]. Il-Mixja Neokatekumenali hija preżenti f'disa' mitt (900) djoċesi.[2].

Il-Bidu tal-Mixja Neokatekumenali

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Mixja Neokatekumenali bdiet fl-1964 fil-faqar ta Palomeras Atlas, ġewwa Madrid, frott ix-xogħol ta' Kiko Arguello u Carmen Hernandez, illi bdew iħabbru l-Vanġelu lill-fqar tal-post. Hekk kif beda jgħaddi ż-żmien, din il-Kerygma (Aħbar tajba) ġiet imnedija f'sintesi katetika, fuq it-tripied; "Kelma t'Alla - Liturġija - Komunità", illi tfittex li twassal lin-nies f'komunjoni fraterna u fidi matura.

Din l-esperjenza katetika ġdida, imwielda fit-tiġdid tal-Konċilju Vatikan it-Tieni, ġibdet l-attenzjoni u l-interess profond tal-Arċisqof Casimiro Morcillo, li kien l-Arċisqof ta' Madrid, illi inkoraġġixxa lill-inizjaturi tal-Mixja biex ixerrduha fil-parroċċi li riduha. Din l-esperjenza ta' evanġelizzazzjoni b'hekk xterdet gradwalment fl-Arċidjoċesi ta' Madrid u fi djoċesijiet oħra Spanjoli.

Minn hemmek xterdet ukoll fl-Italja fejn, bil-permess tal-Kardinal Angelo dell'Acqua, li dak iż-żmien kien il-Vigarju Ġenerali tal-Qdusija Tiegħu il-Papa Pawlu VI għad-distrett ta' Ruma, l-ewwel Komunità Neokatekumenali bdiet fil-parroċċa tal-Madonna tas-Sagrament Imqaddes u fil-parroċċa tal-Martri Kanadiżi. Minn dak iż-żmien 'il hemm, il-Mixja Neokatekumenali kompliet tinxtered fi djoċeżijiet madwar id-dinja kollha, fil-kontinenti kollha u f'iżjed minn mija u għoxrin pajjiż. [3]

L-Isem ta' din l-inizjattiva ta' fidi ġej mill-katekumenat tal-Knisja Nisranija bikrija, illi kien iż-żmien ta' katekiżmu ta' qabel il-magħmudija.

Il-Komunitajiet Neokatekumenali

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Mixja Neokatekumenali hija itinerarju ta' Formazzjoni Kattolika, valida għas-soċjetà u għaż-żminijiet tal-lum. [4]

Il-Mixja Neokatekumenali hija għas-servizz tal-isqfijiet bħala forma ta' implimentazzjoni djoċesana tal-inizjazzjoni fil-ħajja Nisranija u ta' edukazzjoni tal-fidi, skont l-indikazzjonijiet tal-Konċilju Vatikan II u l-Maġisteru tal-Knisja. .[5]

Hija magħmula minn katekumenat post-batteżimali (jew katekumenat batteżimali għall-membri li ma rċevewx il-magħmudija), edukazzjoni li tkompli fil-fidi u servizz ta' katekeżi. .[6]

Il-Mixja Neokatekumenali hija implimentata fid-djoċeżijiet taħt id-direzzjoni tal-Isqof Djoċeżan u taħt it-tmexxija tal-ekip Responsabbli tal-Mixja Neokatekumenali, skont il-linji proposti mill-inizjaturi tagħha. [7]

Dawn il-kwotazzjonijiet huma meħuda mill-Istatuti tal-Mixja Neokatekumenali maħruġa u approvati f'Ġunju tal-2002. Huma ġew ukoll tradotti u ppubblikati bil-Malti.

Struttura tal-Mixja

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Mixja Neokatekumenali, fidila għall-mudell tal-Knisja primittiva, hija strutturata bħala itinerarju bit-tarġiet, fidila wkoll għall-ispirazzjoni oriġinali biex "Tagħmel Komunità Nisranija bħall-Familja Mqaddsa ta' Nazzaret, illi tgħix f'umiltà, sempliċità, tifħir u fejn l-ieħor huwa Kristu" [8].

L-Itinerarju Neokatekumenali, jibda fil-parroċċa b'ċiklu ta' katekeżijiet, illi huma mqassma fuq xahrejn, fejn hija ppreparata u mħabbra l-Kerygma, l-Aħbar it-tajba tal-mewt u l-qawmien ta' Sidna Ġesù Kristu. Fl-aħħar ta' dan il-perjodu, b'dawk illi jilqgħu s-sejħa li jibdew dan il-katekumenat post-batteżimali, il-komunità neokatekumenali tifforma. Din il-komunità hija fdata fil-kura pastorali tal-kappillan u ta' saċerdoti oħra fil-parroċċa, u tibda l-vjaġġ tagħha permezz tat-tripied tal-Ħajja Kristjana: Kelma ta' Alla, Liturġija u Komunità.

  • L-ewwel fażi, il-katekumenat post-batteżimali, huma żmien neċessarju li fih titgħallem l-umiltà u li tgħin lill-membri tal-komunità jirbħu i-sempliċita interjuri nisranija.
  • Id-Daħla għat-Talb (jingħata l-Liturġija tas-Sigħat)
  • It-'Traditio Simboli' (l-għoti tal-Kredu), illi tkompli b'testimonjanza pubblika tal-fidi, ir-'Redditio Simboli'.
  • L-għoti tat-talba tal-Missierna u l-akkoljenza tal-imħabba materna tal-Verġni Mqaddsa Marija.
  • L-aħħar fażi li tiskopri mill-ġdid il-magħmudija hija fl-elezzjoni, fejn il-membri jitgħallmu jgħixu fit-tifħir ta' Alla. Dan il-perjodu jispiċċa bir-rinnovament tal-wegħdiet tal-magħmudija fil-Velja tal-Għid, preseduta mill-Isqof Lokali.

Responsabbli tal-Mixja

[immodifika | immodifika s-sors]

Bħalissa, l-ekipp internazzjonali responsabbli tal-Mixja Neokatekumenali huwa magħmul mill-inizjaturi Kiko Arguello u Carmen Hernandez (it-tnejn Spanjoli), u minn presbiteru Taljan, Patri Mario Pezzi, mid-Djoċesi ta' Ruma. L-ekipp internazzjonali jinnomina l-kulleġġ elettorali (magħmul minn tmenin sa mija u għoxrin membru) illi huwa fdat bl-elezzjoni ta' Ekipp Responsabbli Ġdid. [9]).

Kiko Argüello

Jiddependu mill-ekipp internazzjonali, l-ekippijiet lokali tal-Katekisti Itineranti (madwar seba' mija), mlaħħqa mill-ekipp internazzjonali tal-mixja Neokatekumenali fid-diversi pajjiżi jew reġjuni tad-dinja. Huma jikkontribwixxu fil-furmar tal-ewwel komunitajiet neokatekumenali ta' parroċċa, u jżommu kuntatt regolari mal-isqfijiet tad-Djoċesi fejn jaħdmu; l-ekippijiet itineranti jżommu wkoll kuntatt kontinwu mar-responsabbli tal-Mixja Neokatekumenali, filwaqt illi jżuru l-komunitajiet li kkatekizzaw u jieħdu ħsieb l-iżvilupp tal-Mixja Neokatekumenali fit-territorju mogħti lilhom, waqt li jkunu totalment fidili lejn il-kariżma mogħtija lill-inizjaturi u ubbidjenti għall-Ordinarju Lokali.

Dawn l-ekippijiet ta' katekisti itineranti għall-evanġelizzazzjoni huma normalment iffurmati minn irġiel ċelibi jew nisa, minn koppji lajċi miżżewġa u bi presbiteru (saċerdot), bil-permess tal-Isqof jew tas-superjur tiegħu. Dawn joffru lilhom infushom liberalment u bir-rieda tagħhom, iħallu djarhom, il-karriera u l-ħbiberiji u jkunu lesti illi jintbgħatu f'liema parti tad-dinja, mingħajr sigurtajiet ekonomiċi, u jafdaw fil-Provvidenza Divina. Il-katekisti itineranti jibqgħu f'kuntatt kontinwu mal-parroċċa u il-komunità tagħhom, fejn huma jirritornaw perjodikalment. F'liema ħin iridu, huma jistgħu jinħallu mill-missjoni tagħhom.

L-Itineranti jistgħu jagħtu bidu għall-mixja Neokatekumenali fi djoċesi oħra wara li ssir talba tal-Kappillan u bil-permess tal-Ordinarju.

Attività Missjunarja

[immodifika | immodifika s-sors]

Quddiem is-sekularizzazzjoni tal-Ewropa ta' Fuq u inħawi kbar tad-dinja, l-Inizjaturi tal-Mixja Neokatekumenali bdew l-esperjenza tal-Familja fil-Missjoni, biex permezz ta' din il-kariżma, iħawlu il-preżenza tal-Knisja Kattolika fil-pajjiżi fejn ma teżistix jew waslet biex tmut ("Implantatio Ecclesiae" jew biex isaħħu l-komunitajiet kattolici f'inħawi partikolarment diffiċli.

Il-Papa Benedittu XVI feda dan il-mandat missjunarju lil madwar mitejn familja illi bdew din il-missjoni fit-tnax ta' Jannar 2006, u ġab in-numru ta' familji fil-Missjoni tal-Mixja Neokatekumenali għal iżjed minn ħames mija madwar id-dinja kollha. Il-familji l-oħra ntbgħatu kollha mill-Papa Ġwanni Pawlu II. [10].

Is-Seminarji Redemptoris Mater

[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn is-Seminarji Djoċesani huma l-frott tal-Konċilju Vatikan II u tal-viżjoni profetika tal-Papa Ġwanni Pawlu II. L-idea li jitwaqqfu dawn is-seminarji bdiet ġewwa Ruma, id-djoċesi tal-Papa nnifsu, biex iwaqqfu seminarju b'dawn il-karatteristiċi:

Fl-1988, l-ewwel Seminarju Redemptoris Mater ġie mwaqqaf mill-Kardinal Poletti, Vigarju tal-Papa f'Ruma.

Dawn is-seminarji għandhom vokazzjonijiet imwielda fil-mixja Neokatekumenali. Is-seminaristi ta' dawn is-seminarji għandhom l-istess formazzjoni edukazzjonali bħas-seminarji djoċesani l-oħrajn, skond id-direttivi tal-pajjiżi fejn jinstabu.

Is-Seminarji Redemptoris Mater mhumiex Seminarji tal-Mixja Neokatekumenali, imma Seminarji Djoċesani taħt il-ġurisdizzjoni tal-Ordinarju.

Sal-lum, 'il fuq minn tlieta u sebgħin (73) Seminarju Redemptoris Mater ġew miftuħa f'ħames kontinenti, u minnhom ġew ordnati iżjed minn elf u ħames mitt presbiteru.

Appoġġ u Tifħir mingħand il-Papiet

[immodifika | immodifika s-sors]

Minn mindu bdiet il-Mixja Neokatekumenali, dejjem sabet appoġġ kbir u kontinwu mingħand il-Papiet. L-ewwel Papa li laqgħa l-Mixja Neokatekumenali kien Pawlu VI, li fetaħ il-bibien sabiex tiġi rikonoxxuta u megħjuna.

Il-Papa Ġwanni Pawlu II jibqa magħruf bħala l-Papa li tant ta apoġġ u għajnuna lill-Mixja Neokatekumenali. Sa minn mindu kien Arċisqof Kardinal fi Krakovja, il-Polonja, huwa laqa' l-Mixja Neokatekumenali fid-Djoċesi tiegħu. Dejjem semma l-Mixja Neokatekumenali bħala "itininerarju validu għaż-żminijiet tal-lum", u ħadem ħafna sabiex l-Istatuti jgħaddu u b'hekk il-Mixja Neokatekumenali tkun rikonoxxuta uffiċjalment mill-Knisja. Huwa qies dejjem lill-Mixja Neokatekumenali bħala strument utli ħafna għall-evanġelizzazzjoni l-ġdida u inkoraġġixxa kemm felaħ saħansitra lill-isqfijiet u 'l-kappillani biex jiftħu l-bibien għall-Mixja. Huwa wkoll għamel ir-rit Neokatekumenali bħala rit uffiċjali tal-Knisja Kattolika.

Il-Kardinal Ratzinger fetaħ il-Mixja Neokatekumnali ġewwa Munich, il-Ġermanja fuq xewqa tiegħu nnifsu fis-sebgħinijiet meta kien għadu Arċisqof ta' Munich, u offra ħafna appoġġ, tant illi taħtu għaddew l-istatuti u ġew approvati waqt li kien għadu l-Kap tal-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi. Wara li sar Papa Benedettu XVI, bagħat 'il fuq minn mitejn familja fil-Missjoni filwaqt illi faħħar il-frott tal-Mixja Neokatekumenali. Fis-sena 2007, huwa semma l-Mixja Neokatekumenali bħala eżempju ċar ta' kollaborazzjoni u koperazzjoni bejn il-"movimenti" u l-kappillani, u ħeġġeġ lill-movimenti biex jaddottaw l-istess attitudni. Fi kliemu stess, il-Papa ta, bħala eżempju, il-proċess tal-approvazzjoni tal-istatuti tal-Mixja Neokatekumenali: "Kienet triq twila, b'ħafna kumplikazzjonijiet li għadhom kultant iseħħu s'issa, imma sibna mod ekkleżjali li tant tejjeb ir-relazzjoni bejn il-kappillan u il-mixja; u hekk aħna nimxu 'il quddiem!" "...L-istess huwa veru għall-movimenti l-oħrajn!" żied ukoll.

Fi Frar tal-2007, wara dan id-diskors tal-Papa Benedettu XVI, l-Isqfijiet tad-diversi riti kattoliċi tal-Art Imqaddsa ssuġġerew lill-Mixja Neokatekumenali bħala mudell ta' koperazzjoni u żiedu jgħidu: "Għeżież aħwa tal-Mixja: Nilqgħukom fid-djoċesijiet tagħna!" "Nirringrazzjaw lil Alla tal-grazzja illi l-Mulej takom u tal-Kariżma li l-Ispirtu s-Santu nissel fil-Knisja permess tal-ministeru tagħkom ta' formazzjoni post-batteżimali. Ninsabu grati ħafna tal-preżenza tagħkom fi wħud mill-parroċċi tagħna, għat-tħabbir tal-Kelma ta' Alla, għall-għajnuna li tagħtu lill-fidili billi ssaħħu l-fidi tagħhom u tgħinuhom fil-Knejjes lokali tagħhom.

Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ (magħruf iżjed bħala 'World Youth Day'), huwa avveniment li jseħħ, bejn wieħed u ieħor, kull sentejn jew tlieta. Huma avvenimenti organizzati mill-Knisja Kattolika, fejn żgħażagħ minn madwar id-dinja kollha jinġabru flimkien mal-Papa f'belt partikolari magħżula f'xi parti tad-dinja. Il-Mixja Neokatekumenali huwa organizzatur attiv ħafna fi ħdan dawn il-Jiem Dinjija taż-Żgħażagħ u kull darba tiġbor għexieren ta' eluf ta' żgħażagħ mill-komunitajiet Neokatekumenali biex jattendu l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.

Matul l-aħħar Jum Dinji taż-Żgħażagħ, li sar f'Kolonja fil-Ġermanja f'Awwissu tal-2005, kważi mitt elf (100,000) żagħżugħ u żagħżugħa mill-Mixja Neokatekumenali rħewlha lejn Kolonja; kważi wieħed minn kull għaxra taż-żgħażagħ kollha li kienu attendew dan l-avveniment. Kienu tliet mija u ħamsin iż-żgħażagħ tal-Mixja Neokatekumenali f'Malta li telgħu għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f'Kolonja.

Wara il-laqgħa tal-Papa maż-żgħażagħ, l-inizjaturi tal-Mixja Neokatekumenali jorganiżżaw laqgħa maż-żagħżagħ tal-Mixja Neokatekumenali, u fl-aħħar ta' din il-laqgħa issir sejħa għall-vokazzjonijiet. F'Bonn fl-2005, madwar elf u ħames mitt (1500) ġuvintur irrispondew għall din is-sejħa, flimkien ma' disa mitt tfajliet (900) li ħassewhom imsejħin biex jidħlu f'ħajja reliġjuża. Dawn iż-żagħżagħ wara jibdew proċess ta' dixxerniment (imsejħin gruppi vokazzjonali) fid-djoċesijiet jew il-parroċċi tagħhom, li jista' jwassalhom għall-presbiterat jew ħajja ikkonsagrata.

Laqgħa Neokatekumenali maż-żgħażagħ ġewwa Loreto

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-4 ta' Settembru 2007, tħejjiet laqgħa għal dawk iż-żgħażagħ mill-Mixja Neokatekumenali li telgħu għall-pellegrinaġġ ta' Loreto.

Il-laqgħa f'Montorso, limiti ta' Loreto, seħħet sabiex il-Papa Benedittu XVI ikun jista' jiltaqa' maż-żgħażagħ tal-Ewropa kollha, li fil-laqgħa kienu jlaħħqu mal-ħames mitt elf. Din il-laqgħa ssemmiet "Agora' dei Giovani". L-għada, jiġifieri fl-4 ta' Settembru, ġew imlaqqgħa fl-istess post in-Neokatekumeni, li kienu numru kbir sew, dak ta' mitt elf mill-Ewropa biss. Minnhom kien hemm ukoll 320 żagħżugħ minn Malta.

Fl-aħħar ta' din il-laqgħa saret sejħa għall-vokazzjonijiet, u 3,200 żagħżugħ u żagħżugħa offrew ruħhom għall-ħajja ikkonsagrata. Minnhom kien hemm 2000 ġuvni u 1200 tfajla.

Statistiċi tal-Mixja Neokatekumenali madwar id-dinja

[immodifika | immodifika s-sors]

Din l-istatistika turi in-numru ta' komunitajiet Neokatekumenali fl-Ewropa, fl-Amerika ta' Fuq u fl-Amerika t'Isfel, fl-Asja, fil-Lvant Nofsani, fl-Oċeanja u fl-Afrika. Fi djoċesi tiġi stabbilita l-Mixja Neokatekumenali fuq stedina tal-Isqof. Imbagħad, il-komunitajiet huma stabbiliti ġewwa parroċċa u kull komunità normalment ikollha bejn 30 u 50 persuna.


Amerika Pajjiż Komunitajiet
Arġentina Arġentina 1.500
Bolivja Bolivja 400
Brażil Brażil 5,600
Ċili Ċili 460
Kanada Kanada 44
Kolombja Kolombja 2,000
Kosta Rika Kosta Rika 350
Kuba Kuba 45
Ekwador Ekwador 570
El Salvador El Salvador 500
Gwatemala Gwatemala 800
Ħonduras Ħonduras 440
Messiku Messiku 3,200
Nikaragwa Nikaragwa 300
Panama Panama 200
Paragwaj Paragwaj 500
Perù Peru 960
? Porto Riko 130
Repubblika Dominikana Repubblika Dominikana 560
Stati Uniti Stati Uniti 580
Urugwaj Urugwaj 200
? Venezwela 1,100
Lvant Nofsani Pajjiż Komunitajiet
Eġittu Eġittu 30
Iraq Iraq 9
Iżrael Iżrael 8
Ġordan Ġordan 14
Kuwajt Kuwajt 3
Libanu Libanu 52
? Palestina 30
Oċeanja Pajjiż Komunitajiet
Awstralja Awstralja 60
Gwam Guam 40
Kiribati Kiribati 3
? Northern Mariana Islands 10
? Papua New Guinea ?
Afrika Pajjiż Komunitajiet
Eġittu Eġittu 30
Marokk Marokk 2
Tuneżija Tuneżija 2
Ewropa Pajjiż Komunitajiet
Albanija Albanija 22
Andorra Andorra 20
Awstrija Awstrija 38
Bjelorussja Belarus 11
Belġju Belġju 20
Bulgarija Bulgarija 10
Ċipru Ċipru 5
Danimarka Danimarka 7
Estonja Estonja 3
Finlandja Finlandja 6
Franza Franza 60
Ġeorġja Ġeorgja 6
Ġermanja Ġermanja 50
Greċja Greċja 6
Ingilterra Ingilterra 32
Repubblika tal-Irlanda Irlanda 25
Italja Italja 10,000
Kroazja Kroazja 250
Latvja Latvja 9
Litwanja Litwanja 20
Lussemburgu Lussemburgu 1
Malta Malta 80
Monako Monako 4
Norveġja Norveġja 4
Netherlands Olanda 40
Polonja Polonja 1,000
Portugall Portugall 300
Repubblika Ċeka Repubblika Ċeka 40
Rumanija Rumanija 50
Russja Russja 6
San Marino San Marino 5
Serbja Bosnja-Ħerzegovina Maċedonja ta' Fuq Serbja, Bożnija u l-Maċedonja 30
Skozja Skozja 3
Slovakkja Slovakkja 65
Slovenja Slovenja 40
Spanja Spanja 7,000
Turkija Turkija 8
Ukrajna Ukrajna 45
Ungerija Ungerija 40
Żvezja Żvezja 10
Żvizzera Żvizzera 35

L-ikbar numru ta' komunitajiet fl-Ewropa (u fid-Dinja) huma fl-Italja.

Spanja, il-Polonja, il-Portugall, il-Kroazja u Malta għandhom numru kbir ta' komunitajiet ukoll. Interessanti ħafna li l-akbar densità ta' komunitajiet per capita tinsab appuntu f'Malta! B'mitt komunità fi gżira ta' erba' mitt elf ruħ. Guam fil-paċifiku jiġi it-tieni b'ħamsa u tletin komunita (popolazzjoni ta' 115,000)

Hemm madwar ħames mitt komunità fl-Istati Uniti tal-Amerika. L-Amerika t'Isfel u l-Amerika Ċentrali, kif ukoll il-Messiku għandhom eluf ta' komunitajiet kull wieħed. Pajjiżi oħra b'numri kbar ta' komunitajiet jinkludu l-Filippini b'iżjed minn sitt mitt komunità. L-Awstralja għandha ħamsin komunità. Il-komunitajiet fl-Afrika jgħoddu mat-tmien mija u qegħdin jiżdiedu b'rata mgħaġġla.

L-Istatuti; Approvazzjoni tal-Mixja Neokatekumenali bħala Katekumenat post-Batteżimali

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Istatuti tal-Mixja Neokatekumenali ġew approvati f'Ġunju tal-2002[11] mill-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi, u huma mmarkati bħala ad experimentum, għal ħames snin, sa Ġunju tal-2007. Id-Direttorju Katetiku tal-Mixja diġà kien approvat mill-Kongregazzjoni għad-duttrina tal-Fidi, meta kienet immexxija mill-Kardinal Ratzinger.

L-Istatuti ġew approvati b'mod definittiv mill-Kunsill Pontifiċju għal-Lajċi, nhar il-11 ta' Mejju 2008, Solennità ta' Pentekoste.

Kif jixhed l-isem, l-Istatuti huma r-rikonoxximent uffiċjali tal-Mixja bħala katekumenat post-batteżimali tal-Knisja Kattolika u jiddeskrivu kif tiffunzjona, waqt li d-Direttorju Katetiku għandu fih il-metodu u l-punti katetiċi tal-Mixja.

Il-Mixja Neokatekumenali f'Malta

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Mixja Neokatekumenali f'Malta twieldet fl-1973 fuq stedina tal-kappillan tal-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun, Dun Ġużepp Mifsud Bonniċi, wara li l-Arċisqof ta' dak iż-żmien, Mons Mikiel Gonzi ta l-approvazzjoni tiegħu. Il-Katekisti Itineranti li introduċew il-Mixja Neokatekumenali f'Malta huma Eusebio u Gulietta Astiaso, u huma wkoll katekisti ta' żewġ reġjuni fl-Italja, l-Abruzzo u il-Marche. Mill-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun, il-Mixja xterdet ukoll fil-parroċċi tal-Mosta, San Ġwann u Gwardamanġa.

Il-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni fil-Ħamrun, il-parroċċa ta' Santa Maria tal-Mosta u Tal-Madonna ta' Lourdes f'San Ġwann (inċidentalment dawn it-tliet parroċċi huma kollha ddedikati lill-Madonna) huma meqjusin bħala parroċċi prinċipali f'Malta fejn tidħol il-Mixja Neokatekumenali. Minnhom ħarġet il-mixja fil-parroċċi l-oħrajn f'Malta. In-numru ta' parroċċi f'Malta u Għawdex fejn il-Mixja Neokatekumenali hija attiva fihom, huwa ta' 26. F'Għawdex, il-Mixja Neokatekumenali tinsab fil-Katidral u fis-Sannat.

Il-Mixja f'Malta tinsab fil-lokalitajiet u l-parroċċi segwenti;

  • Immakulata Kunċizzjoni (Ħamrun)
  • San Gejtanu (Ħamrun)
  • Mosta
  • San Ġwann
  • Gwardamanġa
  • Il-Belt Valletta
  • L-IMsida
  • San Pawl il-Baħar
  • Il-Qawra
  • Il-Kalkara
  • Ħal Għaxaq
  • Iż-Żejtun
  • Iż-Żurrieq
  • Ħal Luqa
  • Raħal Ġdid
  • Ħal Balzan
  • Birkirkara
  • Marsaxlokk
  • Il-Fgura
  • Ħal Qormi
  • Ħaż-Żabbar
  • Ir-Rabat (Għawdex)
  • Ta' Sannat (Għawdex)
  • Santa Venera
  • Swatar

F'dawn il-parroċċi kollha, kull sena jsiru l-katekeżijiet. Aktar informazzjoni fuq id-dati tal-katekeżijiet jista jinġieb mingħand il-kappillani tal-parroċċi rispettivi.

Minn dak iż-żmien 'il hawn, il-Mixja f'Malta xterdet tant li Malta saret l-iżjed pajjiż b'komunitajiet skont il-popolazzjoni ta' pajjiż. F'Malta hawn 'il fuq minn mitt (100) komunità Neokatekumenali u n-numru ta' dawk li jagħmlu din il-mixja jaqbeż it-tlett elef (3000) ruħ.

Fil-Parroċċa tal-Mosta jinsab iċ-Ċentru Neokatekumenali Djoċesan, magħruf bħala l-"Katekumenju". Fih saru wkoll ħafna laqgħat tas-Sinodu Djoċesan. Fil-parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni (Ħamrun) qiegħed jinbena Katekumenju ġdid.

Il-Komunitajiet Neokatekumenali f'Malta taw ħafna frott, kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta. Diversi huma ż-żwiġijiet li salvaw mit-tkissir, u ħafna huma l-familji kbar u Nsara li ffurmaw.

Mill-komunitajiet Neokatekumenali twieldu ħafna vokazzjonijiet u kariżmi. Dawn jinkludu familji itineranti, presbiteri itineranti u fil-missjoni, familji fil-missjoni, rġiel u nisa li offrew ħajjithom għall-evanġelizzazzjoni kemm bħala itineranti kif ukoll bħala servizz għall-familji fil-missjoni, fis-Seminarji Redemptoris Mater u seminaristi.

Kemm fil-passat u kif ukoll illum, dawn il-vokazzjonijiet u kariżmi kollha li ħarġu minn Malta, wettqu u għadhom iwettqu xogħol ta' evanġelizzazzjoni f'diversi pajjiżi barra minn Malta, bħall-Indja, il-Pakistan, il-Filippini, is-Sri Lanka, il-Veneżwela, il-Libya, il-Kenja, il-Ġorġja, l-Olanda, l-Awstralja, Franza, l-Istati Uniti, il-Gżejjer Turks & Caicos (fil-Karibew), il-Guam, il-Paċifiku (Kiribati, Hawaii, Saipan), l-Albanija, il-Korea t'Isfel, il-Finlandja, l-Iżvizzera, l-Italja, l-Irlanda, l-Ingilterra, iċ-Ċina u t-Tajwan.

  • AA, VV., El Camino Neocatecumenal: de las barracas de Madrid a los Estatutos de Roma: Vida Nueva, n° 2338 (20 de julio de 2002) 23-30.
  • AA. VV., En la cárcel, pero libres!, Bilbao 1996.
  • AGUDO, J., De quincalleros transeúntes a predicadores de la Palabra: "YA" (Domingo 15 de marzo de 1987) 35;
    • "Iglesia y carismas", en Del temor a la esperanza (t. II), Madrid 1993, 232.
  • ARRIETA, J.I., Observaciones canónicas sobre el Estatuto del Camino. Itinerario de formación, no asociación ni movimiento: Alfa y Omega, n° 314 (4 de julio de 2002) 6-7.
  • AZCONA, E, Las Comunidades Neocatecumenales. Una experiencia de evangelización a través de la Parroquia, Oficina de Estadística y Sociología de la Iglesia, Madrid 1992.
  • BLAZQUEZ, R., Comunidades neocatecumenales: un camino de iniciación cristiana: Teología y Catequesis 4 (1984) 603-641;
    • Las comunidades neocatecumenales, Bilbao 1988;
    • La carta del Papa sobre las comunidades neocatecumenales: Ecclesia n. 2.508, (29-12-1990) 1965-1968;
    • El Camino neocatecumenal y la formación para el presbiterado en el seminario Redemptoris Mater de Roma: Communio 12 (1990) 452-471;
    • Initiación cristiana y nueva evangelización, Bilbao 1992;
    • "María en el Camino Neocatecumenal", en Catecumenado en la Iglesia, Valencia 1998, 81-115.
    • La Nuova Evangelizzazione, editore Grafitalica, 2000.
    • Guai a me se non annunciassi il vangelo. Iniziazione cristiana e nuova evangelizzazione, edizioni Grafite (collana "Biblioteca Neocatecumenale"), 1997.
  • BOGARIN, J., Los movimientos eclesiales en la VII Asamblea General Ordinaria del Sínodo de los Obispos: REDC 47 (1990) 69-135;
    • La institucionalización del camino neocatecumenal. Comentario a sus estatutos: REDC 59 (2002) 705-825.
  • BONETE, E., Reflexiones sobre la relación entre el Camino Neocatecumenal y el Concilio Vaticano II: Communio (noviembre-diciembre 1996), 547-555;
    • La faz oculta de la modernidad, Madrid 1995;
    • Éticas en esbozo, Bilbao 2003;
    • Libres para morir? En torno a la Tanato-Ética, Bilbao 2004.
  • BOROBIO, D., Catecumenado para la evangelización, Madrid 1997;
    • El catecumenado y su situación en la Iglesia actual: Teología y Catequesis, 83 (julio-septiembre 2002) 77-112.
  • BUGNINI, A., La riforma liturgica (1948-1975), CLV Edizioni liturgiche, Roma 1983 (la edición en castellano: La reforma de la Liturgia 1948-1975, Ed, Catolica, Madrid 1999);
    • Catecumenato per la maturazione nella fede: Notitiae 10 (1974) 228-230; "Comunidades neocatecumenales", en AA. VV., Comunidades plurales en la Iglesia, Madrid 1981.
  • BUTTURINI, G., Cammino catecumenale: una iniziazione cristiana alia fede: Credere Oggi 15 (1995) 109-126;
    • Cammino: un autoritratto: II Regno-Doc 3 (1996) 121-128.
  • CASTELLANO, J., Carismas para un "tercer milenio". Movimientos eclesiales y nuevas tendencias, Monte Carmelo, Burgos 2003.
  • DEVOTO, P., Il neocatecumenato. Un'iniziazione cristiana per adulti, editore Chirico, Napoli, 1994.
  • COLLADO, E., El Camino Neocatecumenal (los kikos).;Qué antropología? Qué teología? Qué moral?: Sal Terrae (abril 1996) 301-312.
  • CONTI G.,, Neocatecumenali al bivio. Sussidio per una scelta (fra Catechismo della Chiesa Cattolica e catechismo di Kiko Argüello), edizioni Segno, Udine, 1996.
  • CORDES, P.J., Nouveaux mouvements spirituels dans l'Église: Nouvelle Revue Theo-logique 109 (1987) 49-65;
    • Una participación activa. Aproximación pastoral a la celebración de la Eucaristía en pequeñas comunidades, Bilbao 1998;
    • "Kiko Argiiello, fundador del Camino Neocatecumenal", en Signos de esperanza, Madrid 1998, 13-33.
  • DEL PALACIO, J.L., Comunidades neocatecumenales, Boletín del Arzobispado de Arequipa, n.15 (1986) 27-30;
    • El catecumenado postconciliar de adultos, forma privilegiada de la evangelización de la Iglesia local. Estudio del Catecumenado en el Concilio Vaticano II y en el Ritual de Iniciación Cristiana de Adultos, Bilbao 1999;
    • Arquitectura, Liturgia y Nueva Estética en el Tercer Milenio para la Nueva Evangelización (Inauguración del año académico 2001 en el Seminario Diocesano Misionero Redemptoris Mater Juan Pablo II del Callao-Peru);
    • Arquitectura y Liturgia, Bilbao 2000.
  • DELLA TORRE. L., Le comunita catecumenali: Rivista di Pastorale Liturgica 48 (1971) 512-515;
    • Significato teologico-pastorale dell'OICA: RPL n. 5 (1973) 9-20; I DELLA TORRE. L., Neocatecumenato: Communio 32 (1977) 58-68;
    • Balance de las aplicaciones del OICA: Concilium 142 (1979) 225-232.
  • DELLA TORRE, L., SARTORE, D., Considerazioni pastorali sui Capitoli IV e V de, RICA: RPL n° 66 (1979) 471-493.
  • DI GIOVANNI, C., Éramos terroristas, Bilbao 1993.
  • ELORRIAGA, C., El Camino Neocatecumenal dentro de la iniciación cristiana de adultos: Comunidades n° 55 (octubre-diciembre 1986) 199-208;
    • Bautismo y espiritualidad neocatecumenal: Revista de Espiritualidad, n° 184-185 (1987) 369- 388;
    • San Cirilo de Jerusalen, Bilbao 1991;
    • Bautismo y Catecumenado en la tradición patrística y litúrgica, Baracaldo 1998.
  • ENGELS, I., Der Neokatechumenat: Liturgisches Jahrbuch 29 (1979) 180-185.
  • FARNES, P., La celebración eucarística en pequeños grupos: Salmanticensis 43 (mayo- agosto 1996) 281-295.
  • FAVALE, A.,' Movimenti ecclesiali (IV Comunita neocatecumenali)', en Nuovo Dizionario di Mariologia (ed. S. De Fiores y S. Meo) 965-968.
  • FERNANDEZ, P., Cuestiones teológico-pastorales sobre la initiación cristiana: Ciencia Tomista 407 (septiembre-diciembre 1998) 529-567;
  • FLORISTAN, C., El fenómeno de las Comunidades de Base en España: Pastoral Misionera 4 (1974);
    • Modelos de comunidades cristianas: Sal Terrae 67 (1979) 6 72 y 145-154.
  • FUENTES, A., Camino Neocatecumenal. Experiencia de un párroco: Communio 7 (1985) 185-188;
    • Miles de jóvenes del Camino Neocatecumenal descubren su vocación sacerdotal y religiosa: Vida Religiosa. Boletín informativo 59 (1985 240-241;
    • La espiritualidad del Camino Neocatecumenal: Vida Sobrenatural 1995;
    • El Neocatecumenado: Un camino de iniciación cristiana, Bilbao 1996.
  • PASOTTI, E. (a cura di), Il Cammino Neocatecumenale secondo Paolo VI e Giovanni Paolo II, edizioni Paoline, 1993
  1. ^ http://www.vatican.va/roman_curia/pontifical_councils/laity/documents/rc_pc_laity_doc_20020701_cammino-neocatecumenale_en.html
  2. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-04-16. Miġbur 2007-03-13.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)
  3. ^ http://www.vatican.va/roman_curia/pontifical_councils/laity/documents/rc_pc_laity_doc_20020701_cammino-neocatecumenale_en.html
  4. ^ John Paul II, Lett. Ogniqualvolta, 30 August 1990, AAS 82 (1990) 1515.
  5. ^ Statute of the Neocatechumenal Way, Title 1, Art. 1, § 2
  6. ^ Statute of the Neocatechumenal Way, Title 1, Art. 1, § 3
  7. ^ Statute of the Neocatechumenal Way, Title 1, Art. 2 and John Paul II, Lett. Ogniqualvolta, 30 August 1990, AAS 82 (1990) 1515
  8. ^ John Paul II - Address to Neocatechumenal Way, 24 January 1997, n. 4; ORE, 5 February 1997, p. 9 L-istorja issib posta fil-bidu u l-espansjoni tal-movimenti u l-gruppi ekkleżjali illi huma wħud mill-isbaħ frott tar-rinnovament spiritwali mibdi mil-Konċilju Vatikan it-Tieni. Dan kien u għadu rigal kbir tal-Ispirtu s-Santu u sinjal imdawwal ta' tama fuq l-għatba tat-tielet millenju. Kemm il-qassisin u kemm il-lajċi gġandhom jilqgħu dan ir-rigal bi gratitudni, kif ukll b'sens ta' responsabbilta', waqt li jżommu f'moħħhom li "fil-Knisja, kemm l-aspetti istituzzjonali u l-aspetti kariżmatiċi, il-ġerarkija u l-għaqiet u l-movimenti tal-fidili huma ko-essenzjali, u għalkemm b'modijiet differenti, jikkontribwixxu għall-ħajjitha, rinnovament u qdusija" (lil parteċipanti tal-Kulleġġ Internazzjonali tal-Movimenti Ekkleżjali, Insegnamenti, Vol. X/1, 1987, 478). Fid-Dinja sekulariżżata tal-lum, l-evanġeliżżazjoni l-ġdida tirrapreżenta sfida fundamentali. Il-movimenti ekkleżjali, illi huma immarkati preċiżament biż-żelu missjunarju tagħhom, huma msejjħa għal involviment speċjali fi Spirtu ta' komunjoni u kollaborazzjoni. Fl-Enċiklika Redemptoris Missio, jien ktibt fuq dan: "Meta dawn il-movimenti umilment ifittxu illi jsiru parti mil-ħajja tal-Knejjes lokali u huma mistiedna mill-Isqfijiet u s-saċerdoti fi ħdan l-istrutturi djoċeżani u parrokjali, huma jirrapreżentaw il-veru rigal ta' Alla kemm għall-evanġeliżżazjoni l-ġdida u għall-attivita' missjunarja kif hija msemmija sewwa sew. Jiena għalhekk nirrakomanda illi huma jixterdu, u li jingħataw enerġija ġdida, speċjalment qalb iż-żagħżagħ, għall-ħajja Nisranija" (n. 72).
  9. ^ Cfr. Art. 35 of the Statute. The list of the members of the Electoral College is deposited with the Pontifical Council for the Laity, and is updated every five years providing substitution of any whom through death, retirement or for grave reasons has ceased to be part of the college.
  10. ^ Benedict XVI speech to Neocatechumenals (English translation), 12-Jan-2006.
  11. ^ A first version of the Statutes got no approval in 1999; a second version also got no approval in late 1999.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]