(Translated by https://www.hiragana.jp/)
Toledo - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Toledo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Toledo
 Spanja
Amministrazzjoni
Stat sovranSpanja
Autonomous community of SpainKastilja-La Mancha
Provinċja ta' SpanjaProvinċja ta' Toledo
Kap tal-Gvern Milagros Tolón (en) Translate
Isem uffiċjali Toledo
Ismijiet oriġinali Toledo
Kodiċi postali 45001–45009
Ġeografija
Koordinati 39°52′N 4°02′W / 39.87°N 4.03°W / 39.87; -4.03Koordinati: 39°52′N 4°02′W / 39.87°N 4.03°W / 39.87; -4.03
Toledo is located in Spain
Toledo
Toledo
Toledo (Spain)
Superfiċjenti 232.1 kilometru kwadru
Għoli 523 m
Fruntieri ma' Albarreal de Tajo (en) Translate, Bargas (en) Translate, Burguillos de Toledo (en) Translate, Cobisa (en) Translate, Guadamur (en) Translate, Mocejón (en) Translate, Nambroca (en) Translate, Olías del Rey (en) Translate, Polán (en) Translate, Almonacid de Toledo (en) Translate, Argés (en) Translate, Rielves (en) Translateu Aranjuez (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 86,070 abitanti (2023)
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
bliet ġemellati Aachen, Agen (en) Translate, Corpus Christi (en) Translate, Damasku, Belt ta' Guanajuato, Ħavana, Heraklion (en) Translate, Nara, Safed (en) Translate, Toledo (en) Translate, Veliko Tarnovo, Santiago del Estero (en) Translate, Moyobamba, Empoli, Teggiano (en) Translateu Muniċipalità ta' Veliko Tarnovo
toledo.es

Toledo (pronunzja bl-Ispanjol: [toˈleðo]) hija belt u muniċipalità ta' Spanja, il-belt kapitali tal-provinċja ta' Toledo u s-sede de jure tal-gvern u tal-parlament tal-komunità awtonoma ta' Kastilja-La Mancha. Toledo ġiet iddikjarata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986 għall-wirt monumentali u kulturali estensiv tagħha.[1]

Toledo tinsab max-xtut tax-xmara Tagus fl-Iberja ċentrali u hija magħrufa bħala l-"Belt Imperjali" peress li kienet il-post prinċipali tal-qorti tal-Imperatur Ruman Sagru Karlu V fi Spanja, kif ukoll bħala l-"Belt tat-Tliet Kulturi" għall-influwenzi kulturali tal-Kristjani, tal-Musulmani u tal-Lhud riflessi fl-istorja tagħha. Mill-542 sas-725 kienet il-belt kapitali tar-renju tal-Viżigoti, wara l-waqgħa tal-Imperu Ruman, kif ukoll il-post fejn seħħew avvenimenti storiċi bħall-Kunsilli ta' Toledo. Il-belt, sede ta' arċidjoċesi setgħana għall-biċċa l-kbira tal-istorja tagħha, għandha katidral Gotiku, il-Catedral Primada de España, u storja twila fil-produzzjoni ta' armi bix-xfafar, li issa huma tifkiriet komuni tal-belt.

Fl-2015 il-muniċipalità kellha popolazzjoni ta' 83,226 ruħ. Il-muniċipalità għandha erja ta' 232.1 km2 (89.6 mil kwadru).

Il-belt ingħata stemma fis-seklu 16, li bi privileġġ irjali speċjali kienet ibbażata fuq l-istemma rjali ta' Spanja.

Żmien ir-Rumani u Żmien il-Qedem Aħħari

[immodifika | immodifika s-sors]

Toledo (bil-Latin: Toletum) issemmiet mill-istoriku Ruman Livju (għall-ħabta tad-59 Q.K. – 17 W.K.) bħala urbs parva, sed loco munita ("belt żgħira, iżda ffortifikata bis-saħħa tal-pożizzjoni tagħha"). Il-Ġeneral Ruman Marcus Fulvius Nobilior iġġieled battalja qrib il-belt fil-193 Q.K. kontra konfederazzjoni ta' tribujiet Ċeltiċi; u rebħilhom u qabad ir-Re Hilermus.[2][3] Dak iż-żmien, Toletum kienet belt tat-tribù tal-Carpetani, u kienet tagħmel parti mir-reġjun ta' Carpetania.[4] Ġiet inkorporata fl-Imperu Ruman bħala civitas stipendiaria (belt tributarja ta' nies mhux ċittadini tal-imperu), u iktar 'il quddiem saret muniċipju.[5] Permezz ta' dan l-istatus, l-uffiċjali tal-belt kisbu ċ-ċittadinanza Rumana għas-servizz pubbliku, u l-forom tad-dritt Ruman u tal-politika Rumana kulma jmur ġew adottati.[6] Għall-ħabta ta' dan iż-żmien, f'Toletum inbnew ċirku Ruman, swar, banjijiet pubbliċi, u provvista u maħżen tal-ilma muniċipali.[7]

Iċ-ċirku Ruman f'Toledo kien wieħed mill-ikbar f'Hispania. Iċ-ċirku kien jesa' sa 15,000 spettatur. Iskrizzjoni mnaqqxa fuq framment ta' ġebla tfakkar xi logħob fiċ-ċirku mħallsa minn ċittadin b'isem mhux magħruf bħala ċelebrazzjoni tal-kisba tas-sevirat, li kien tip ta' ordni ta' qassis bi status għoli. Il-logħob baqa' jsir fiċ-ċirku sal-aħħar tas-seklu 4 u l-bidu tas-seklu 5, u dan jindika ħajja urbana attiva u patrunaġġ kontinwu mill-elit għonja.[8]

Toledo bdiet tikseb importanza fiż-Żmien il-Qedem Aħħari. Hemm indikazzjonijiet li djar privati kbar (domus) fi ħdan il-ħitan tal-belt ġew imkabbrin, filwaqt li diversi vilel inbnew fit-Tramuntana tal-belt matul is-sekli 3 u 4.[9] F'Toledo sar ukoll kunsill tal-knisja fis-sena 400 u fl-527 sabiex jiġi diskuss il-kunflitt mal-Prixilljaniżmu.[10] Diġà fl-546 (x'aktarx anke qabel), il-mexxejja Viżigoti stabbilew il-belt kapitali tar-renju tagħhom f'Toledo.[11] Ir-Re Theudis kien f'Toledo fil-546, fejn ippromulga liġi.[12]

Matul is-seklu 7, saru sensiela ta' kunsilli tal-knisja — l-hekk imsejħa Kunsilli ta' Toledo — li ddiskutew dwar ir-rikonċiljazzjonijiet teoloġiċi rigward il-Kristjaneżmu ta' Niċene; dawn saru f'Toledo taħt il-Viżigoti.[13] Sal-aħħar tas-seklu 7, l-isqof ta' Toledo sar il-mexxej tal-isqfijiet l-oħra kollha f'Hispania, xi ħaġa mhux tas-soltu fl-Ewropa. Il-belt kienet unika wkoll bħala ċentru simboliku ta' monarkija.[14][15]

Meta żviluppaw firdiet interni taħt in-nobbli Viżigoti, Tariq bin Ziyad ħataf lil Toledo fis-711 jew fis-712[16], f'isem il-Kaliffat ta' Umayyad ta' Damasku, bħala parti mill-ħakma Iżlamika tal-Peniżola Iberika. Is-superjur ta' Tariq, il-Gvernatur Musa żbarka f'Cádiz u mar Toledo, fejn ordna l-eżekuzzjoni tan-nobbli Viżigoti, u b'hekk qered ħafna mill-istruttura tal-poter eżistenti.[17][18]

Baños de Tenerías, uħud mill-banjijiet Musulmani fil-belt.

Matul il-ħakma tal-Kaliffat ta' Umayyad, "Toledo ġarrbet perjodu ta' deklin qawwi matul il-biċċa l-kbira tal-ewwel sekli tad-dominanza Għarbija fil-peniżola".[19]

L-invażuri kellhom diversità etnika, u evidenza disponibbli tissuġġerixxi li fl-inħawi ta' Toledo (magħrufa lokalment bħala Ṭulayṭulah taħt it-tmexxija Iżlamika), l-insedjamenti Berberi kienu predominanti fuq l-Għarab.[20] Fis-742 il-Berberi f'Al-Andalus irribellaw kontra l-gvernaturi Għarab tal-Kaliffat ta' Umayyad. Huma ħadu l-kontroll tat-Tramuntana u ppruvaw jassedjaw lil Toledo iżda ma kellhomx suċċess.[21]

Toledo kisbet l-importanza tagħha bħala ċentru letterarju u ekkleżjastiku lejn nofs is-seklu 8; kif muri mill-Kronaka tas-754. Matul dan il-perjodu, diversi ittri juru l-primazija li kellha l-Knisja ta' Toledo.[22]

Taħt l-Emirat ta' Cordoba tal-Kaliffat ta' Umayyad, Toledo kienet iċ-ċentru ta' bosta rewwixti kontra l-gvern ta' Cordoba bejn is-761 u t-857.[23][24] Girbib ibn-Abdallah, poeta minn Toledo kiteb xi versi kontra l-Kaliffat ta' Umayyad, u għen biex jispira rewwixta f'Toledo kontra l-emir il-ġdid fis-797.[25][26] Sal-aħħar tas-seklu 8, il-Kaliffat ta' Umayyad kien għamel lil Toledo bħala ċ-ċentru amministrattiv tal-Marċ Ċentrali ta' Al-Andalus.[27] Fit-852, rewwixta ġdida faqqgħet f'Toledo. Il-gvernatur tal-Kaliffat ta' Umayyad inżamm bħala ostaġġ sabiex jiġi żgurat ir-ritorn tal-ostaġġi ta' Toledo miżmuma f'Córdoba. Bħala tpattija għal attakk preċedenti miċ-ċittadini ta' Toledo, l-emir Muhammad I bagħat armata biex tattakkahom, iżda din ġarrbet telfa. Toledo sawret alleanza mar-Re Ordoño I tal-Asturias. Huma ġġieldu flimkien fil-Battalja ta' Guadacelete iżda tilfu. Iktar 'il quddiem fit-857, iċ-ċittadini ta' Toledo attakkaw lil Talavera iżda tilfu mill-ġdid. Fit-859, Muhammad I nnegozja tregwa ma' Toledo. Il-belt saret virtwalment indipendenti għal għoxrin sena, għalkemm mifnija f'kunflitti ma' bliet ġirien. L-awtoritajiet minn Cordoba reġa' ħadu l-kontroll ta' Toledo fit-873, wara li l-assedju tal-Kaliffat ta' Umayyad kontra l-belt irnexxa, u b'hekk id-difensuri tal-belt kellhom iċedu.[28][29][30] Il-Banu Qasi kiseb kontroll nominali tal-belt sad-920. Wara perjodu ġdid ta' rewwixti fis-snin 20 u 30 tas-seklu 10[31], il-Kaliff Abd-ar-Rahman III ħataf il-belt fid-932, wara assedju estensiv.[32]

Lejn il-bidu tas-seklu 11, fid-dawl tal-Fitna ta' al-Andalus, Toledo saret iċ-ċentru ta' politika indipendenti, l-hekk imsejħa Taifa ta' Toledo, taħt it-tmexxija tad-Dhu l-Nunids.[33] Il-popolazzjoni ta' Toledo f'dan iż-żmien kienet tlaħħaq madwar 28,000 ruħ, inkluż popolazzjoni Lhudija ta' 4,000 ruħ.[34] Il-komunità Możarabika kellha l-isqof Kristjan tagħha stess. It-taifa kienet iċċentrata max-xmara Tajo fil-konfini tas-Sierra de Guadarrama, Guadalajara, Medinaceli, it-Taifa ta' Valencia u l-muntanji ta' Toledo.[35]

It-taifa sfat fix-xejn politikament, minħabba l-għawġ ekonomiku kkawżat mill-parias (taxxi) imposti mir-renju ta' León kif ukoll minħabba mutilazzjonijiet territorjali, u b'hekk fl-1079 faqqgħet rewwixta, li ġiet segwita mill-mexxej Aftasida ta' Badajoz li ħa l-kontroll tal-belt.[36]

Fil-25 ta' Mejju 1085, Alfonso VI ta' León ħakem lil Toledo u stabbilixxa kontroll personali dirett fuq il-belt u impona taxxa fuqha. Dak iż-żmien, id-demografija tal-belt kellha kompożizzjoni eteroġenja, b'komunitajiet Możarabiċi, Musulmani u Lhud, u magħhom żdiedu l-Kristjani li ġew mit-Tramuntana tal-Iberja u elementi Franki, għaldaqstant, inizjalment, diversi fueros kienu fis-seħħ simultanjament għal kull komunità.[37] Wara l-ħakma Kristjana, il-komunità Możarabika tal-belt kibret permezz tal-immigrazzjoni min-Nofsinhar Musulman.[38]

Toledo ppreservat l-istatus tagħha bħala ċentru kulturali; u ċentru tat-traduzzjoni ġie stabbilit fejn il-kotba bl-Għarbi jew bl-Ebrajk kienu jiġu tradotti bil-Kastillan minn studjużi Musulmani u Lhud, u mill-Kastillan bil-Latin minn studjużi Kastillani, għaldaqstant wassal biex għarfien li kien ilu li ntilef, seta' jinfirex fl-Ewropa Kristjana mill-ġdid. Taħt l-Arċidjoċesi Kattolika Rumana ta' Toledo seħħew diversi persegwitazzjonijiet (633, 653, 693) u bosta Lhud ġew ġustizzjati bil-ħruq fuq il-pal (638); ir-Renju ta' Toledo kompla b'din it-tradizzjoni (1368, 1391, 1449, 1486-1490), inkluż b'konverżjonijiet sfurzati u qtil tal-massa kif ukoll irvelli u tixrid tad-demm kontra l-Lhud ta' Toledo (1212).[39][40]

Toledo fiċ-Civitates orbis terrarum (1572).

Matul il-persegwitazzjoni tal-Lhud fl-aħħar tas-seklu 15 u fil-bidu tas-seklu 16, xi membri tal-komunità Lhudija ta' Toledo pproduċiet testi dwar l-istorja twila tagħhom f'Toledo. Wara li xejjen ir-Rewwixta tal-Comuneros, il-qorti ta' Karlu V ġiet stabbilita f'Toledo, u l-monarka għażel il-belt bħala r-residenza tiegħu 15-il darba mill-1525 'il quddiem.[41] Karlu ta l-istemma rjali lill-belt. Mill-1528 sal-1561 il-popolazzjoni żdiedet minn 31,930 ruħ sa 56,270 ruħ. Fl-1561, matul l-ewwel snin tar-renju ta' ibnu Filippu II, il-Qorti Rjali ġiet stabbilita f'Madrid.

Nisa fil-milizja Repubblikana fl-assedju tal-alcázar ikkontrollat mill-fazzjoni Nazzjonalista.

L-arċisqfijiet ta' Toledo baqgħu jagħmluha ta' sensara setgħana fl-affarijiet politiċi u reliġjużi ta' Spanja għall-kumplament tal-Ancien Régime[42], filwaqt li kellhom is-sjieda ta' art sinjorili estensiva fil-biċċa l-kbira ta' nofs in-Nofsinhar tal-Promontorju ta' Ġewwa u xi territorji fil-qrib.[43]

Il-wasla ta' massa ta' moriscos nuevos ("Għarab Iberiċi ġodda") deportati minn Granada f'Toledo u l-artijiet tagħha (6,000 ruħ waslu fil-belt, mill-inqas b'mod temporanju)[44] fid-dawl tar-ribelljoni tal-Alpujarras ħolqot sfida loġistika kbira, u s-sistema preeżistenti xejn faċli tar-relazzjonijiet soċjali bejn il-moros viejos ("l-Għarab Iberiċi antiki") u l-Kristjani antiki ġiet imfixkla. B'mod ġenerali, l-Għarab Iberiċi ġodda minn Granada kienu soġġetti għal abbuż ksenofobiku u ġew stigmatizzati bħala nies qattiela u li jwettqu bosta sagrileġġi.[45]

Il-belt kienet eċċellenza fil-manifattura tal-ħarir matul l-Era Moderna Bikrija. L-industrija tal-ħarir laħqet il-qofol tagħha fis-seklu 16, u qabdet it-triq twila tan-niżla fis-snin ta' wara ta' dak is-seklu, u fl-aħħar mill-aħħar għebet sal-bidu tas-seklu 19.[46]

Il-Gwerra Peniżolari affettwat il-belt b'mod negattiv ħafna.[47] Matul is-seklu 19, Toledo għaddiet minn bidla progressiva minn belt kunventwali għal belt burokratika.[48] Peress li kienet belt pjuttost esposta għal influwenzi esterni dak iż-żmien, il-borgeżija kellha influwenza limitata.[49]

Wara l-esklużjoni ta' Toledo mil-linja ferrovjarja sal-fruntiera Portugiża fis-snin 50 tas-seklu 19, proġett ta' kollegament mal-linja ferrovjarja minn Castillejo sa Toledo appoġġat mill-Markiż ta' Salamanca ġie approvat f'Ġunju 1856.[50] Il-linja nfetħet fit-12 ta' Ġunju 1858. L-attività turistika ffjorixxiet permezz tal-wasal tal-linja ferrovjarja u kkontribwiet għall-iżvilupp tal-industrija tal-ospitalità fl-aħħar tas-seklu 19.[51] Sal-bidu tas-seklu 20, il-popolazzjoni ta' Toledo kienet laħqet madwar 23,000 abitant.[52] Il-viċinat ta' Santa Bárbara żviluppa wara l-wasla tal-linja ferrovjarja.[53]

Il-ftuħ tal-linja ferrovjarja f'Toledo f'Ġunju 1858.

Wara l-kolp ta' stat fi Spanja ta' Lulju 1936, l-aġent kmandant militari f'Toledo, José Moscardó, irrifjuta li jipprovdi l-armi lil Madrid u minflok inħeba fl-alcázar flimkien ma' gwarniġjon ta' madwar 1,000 ribelli, ikel, munizzjon u xi ostaġġi.[54] Wara l-21 ta' Lulju, dawn ġew soġġetti għal assedju li ma rnexxiex mill-forzi leali lejn ir-Repubblika matul l-istadji bikrin tal-Gwerra Ċivili Spanjola.[55] Il-Ġeneral ribelli fit-tmun (li wara ftit beda jissejjaħ "caudillo") Francisco Franco u l-Armata tal-Afrika tiegħu ddevjaw mill-avvanz tagħhom lejn Madrid (u taw żmien lir-Repubblikani jsaħħu d-difiżi tagħhom f'Madrid u jirċievu appoġġ barrani bikri) u temmew l-assedju tal-alcázar fl-aħħar ta' Settembru 1936.[56] Ix-xahrejn ta' reżistenza tal-militar ribelli bil-gwarniġjon tiegħu saret karatteristika simbolika ewlenija tal-mitoloġija madwar ir-reġim ta' Franco u l-ideoloġija tiegħu.[57]

Sal-1950, il-popolazzjoni laħqet l-40,243 ruħ. L-ippjanar urban fir-rigward l-iżvilupp tal-viċinati ta' Palomarejos u Polígono kompla fit-tieni nofs tas-seklu 20.[58]

Fis-snin 80 tas-seklu 20, fil-kuntest tal-ħolqien tal-komunitajiet awtonomi fi Spanja, Toledo saret il-belt kapitali de facto tal-komunità awtonoma ta' Kastilja-La Mancha, u ospitat is-sede tal-leġiżlatura reġjonali permezz tal-Cortes ta' Kastilja-La Mancha u l-eżekuttiv permezz tal-presidenza tal-gvern reġjonali.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Belt Storika ta' Toledo ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rikonoxxut abbażi ta' erba' kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]

Toledo għandha klima semiarida kiesħa tipika (Köppen: BSk). Ix-xtiewi jkunu kesħin filwaqt li s-sjuf ikunu sħan u nexfin. Il-preċipitazzjoni tkun baxxa u tkun ikkonċentrata l-iktar fil-perjodu ta' nofs il-ħarifa sa nofs ir-rebbiegħa. L-ogħla temperatura li qatt ġiet irreġistrata f'Toledo kienet 44.2 °C (111.6 °F) fit-13 ta' Awwissu 2021; l-iżjed temperatura baxxa li qatt ġiet irreġistrata kienet −13.4 °C (7.9 °F) fit-12 ta' Jannar 2021.[59]

Data klimatika għal Toledo, Spanja, altitudni ta' 515-il metru (1,690 pied) (1981-2010)
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord f'°C (°F) 22.0

(71.6)

23.8

(74.8)

29.0

(84.2)

31.6

(88.9)

37.7

(99.9)

42.0

(107.6)

42.8

(109.0)

44.2

(111.6)

41.3

(106.3)

33.3

(91.9)

25.6

(78.1)

22.2

(72.0)

44.2

(111.6)

Temp. għolja medja f'°C (°F) 11.5

(52.7)

14.0

(57.2)

18.1

(64.6)

19.9

(67.8)

24.2

(75.6)

30.5

(86.9)

34.6

(94.3)

34.0

(93.2)

29.0

(84.2)

22.1

(71.8)

15.6

(60.1)

11.6

(52.9)

22.1

(71.8)

Temp. medja ta' kuljum f'°C (°F) 6.4

(43.5)

8.3

(46.9)

11.6

(52.9)

13.5

(56.3)

17.6

(63.7)

23.2

(73.8)

26.8

(80.2)

26.3

(79.3)

22.0

(71.6)

16.1

(61.0)

10.5

(50.9)

7.1

(44.8)

15.8

(60.4)

Temp. baxxa medja f'°C (°F) 1.3

(34.3)

2.6

(36.7)

5.0

(41.0)

7.2

(45.0)

11.0

(51.8)

15.9

(60.6)

18.9

(66.0)

18.6

(65.5)

14.9

(58.8)

10.2

(50.4)

5.3

(41.5)

2.5

(36.5)

9.5

(49.1)

Temp. baxxa rekord f'°C (°F) −13.4

(7.9)

−9.0

(15.8)

−5.8

(21.6)

−2.6

(27.3)

−0.3

(31.5)

4.3

(39.7)

10.0

(50.0)

10.0

(50.0)

5.4

(41.7)

0.0

(32.0)

−5.6

(21.9)

−8.0

(17.6)

−13.4

(7.9)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 26

(1.0)

25

(1.0)

23

(0.9)

39

(1.5)

44

(1.7)

24

(0.9)

7

(0.3)

9

(0.4)

18

(0.7)

48

(1.9)

39

(1.5)

41

(1.6)

342

(13.5)

Medja ta' jiem bil-preċipitazzjoni (≥ 1.0 mm) 5 5 4 6 6 3 1 2 3 7 6 6 54
Umdità relattiva medja (%) 76 69 59 58 54 45 39 41 51 66 74 79 59
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 151 172 228 249 286 337 382 351 260 210 157 126 2,922
Sors: Agencia Estatal de Meteorologia[59][60]
Xwabel ta' Toledo.

L-industrija tal-produzzjoni tal-metall storikament kienet il-bażi ekonomika ta' Toledo, bi tradizzjoni kbira fil-manifattura tax-xwabel u tas-skieken, u bi produzzjoni sinifikanti ta' xfafar, apparati mediċi u prodotti elettriċi. The Toledo Blade, il-gazzetta Amerikana fil-belt ta' Toledo f'Ohio, l-Istati Uniti, issemmiet hekk f'ġieħ it-tradizzjoni tal-produzzjoni tax-xwabel. L-industriji tas-sapun u tal-pejst tat-tindif tas-snien, tat-tħin tad-dqiq, tal-infiħ tal-ħġieġ u tal-produzzjoni taċ-ċeramika kienu importanti wkoll.[61] Goya Foods għandha l-uffiċċji tagħha f'Toledo.[62]

Il-manifattura tax-xwabel fil-belt ta' Toledo tmur lura għal żmien ir-Rumani, iżda taħt it-tmexxija tal-Għarab Iberiċi u matul ir-Reconquista, Toledo u x-xirka tal-produtturi tax-xwabel kellhom rwol ċentrali. Bejn is-sekli 15 u 17 l-industrija tal-produzzjoni tax-xwabel ta' Toledo marret tajjeb ħafna, tant li l-prodotti tagħha ġew meqjusa bħala l-aqwa fl-Ewropa. Ix-xwabel u l-istalletti kienu jiġu prodotti minn artiġjani individwali, għalkemm ix-xirka tal-produtturi tax-xwabel kienet tissorvelja l-kwalità tagħhom. Fl-aħħar tas-seklu 17 u fil-bidu tas-seklu 18 il-produzzjoni bdiet tbatti, u b'hekk inħolqot il-Fabbrika Rjali tal-Armi fl-1761 fuq ordni tar-Re Carlos III. Il-Fabbrika Rjali ġabret flimkien ix-xirkiet kollha tal-produtturi tax-xwabel tal-belt u kienet tinsab fl-eks zekka. Fl-1777, filwaqt li rrikonoxxa l-ħtieġa li l-ispazju jitkabbar, Carlos III kkummissjona lill-arkitett Francesco Sabatini biex jibni binja ġdida fil-periferija tal-belt. Dan kien il-bidu ta' diversi fażijiet ta' espansjoni. L-importanza tagħha tant kienet kbira li eventwalment żviluppa f'belt fi ħdan il-belt ta' Toledo.[63]

Fis-seklu 20, il-produzzjoni tas-skieken u tax-xwabel għall-armata tnaqqset għall-armi tal-kavallerija biss, u wara l-Gwerra Ċivili Spanjola, għall-provvista tax-xwabel lill-uffiċjali u l-NCOs tad-diversi unitajiet militari. Wara l-għeluq tal-fabbrika fis-snin 80 tas-seklu 20, il-binja ġiet rinnovata sabiex tospita l-kampus tal-Università Teknoloġika ta' Kastilja-La Mancha f'Toledo. Skont l-Istitut tal-Istatistika ta' Kastilja-La Mancha, fl-2007 id-distribuzzjoni reċenti tal-impjiegi skont is-setturi tal-okkupazzjoni kienet kif ġej: 86.5 % tal-popolazzjoni kienet taħdem fil-qasam tas-servizzi, 6.6 % fil-kostruzzjoni, 5.4 % fl-industrija u 1.5 % fil-biedja u fit-trobbija tal-bhejjem.[64]

Fid-deċennju sal-2008, il-qgħad f'termini assoluti baqa' pjuttost stabbli fil-belt ta' Toledo, iżda fl-2009 il-qgħad żdied b'mod sinifikanti: kważi 62 % meta mqabbel mal-2008, u l-għadd ta' persuni mingħajr impjieg żdied minn 2,515 ruħ għal 4,074 ruħ (ċifri fil-31 ta' Marzu ta' kull sena), skont il-Junta de Comunidades de Castilla La Mancha. Minn dawn it-62 %, terz miż-żieda seħħet fl-ewwel trimestru.[65]

Skont statistika oħra mill-istess sors, kważi nofs il-persuni mingħajr impjieg fil-belt ta' Toledo (1,970 ruħ) huma dawk li l-edukazzjoni tagħhom ma tmurx lil hinn mil-livell sekondarju obbligatorju. Madankollu, hemm gruppi b'livell ta' studju li ma jippermettilhomx jirreġistraw bħala persuni mingħajr impjieg, fosthom dawk li temmew il-klassi nru 1 tat-taħriġ professjonali, jew dawk b'rati ta' qgħad kważi mhux eżistenti (inqas minn 0.1 %), li huwa l-każ tal-persuni mingħajr impjieg b'lawriji postsekondarji jew esperjenza professjonali.

L-ikbar grupp fost il-persuni mingħajr impjieg huwa dak tal-persuni mingħajr kwalifiki (27.27 %).

Il-Muniċipju ta' Toledo.

Toledo għandha Kunsill tal-Belt magħmul minn 25 membru, li jiġu eletti kull erba' snin. L-elezzjoni tal-2011 wasslet għal patt bejn 11-il membru tal-Partit Soċjalista Spanjol tal-Ħaddiema (PSOE) u żewġ membri tax-Xellug Magħqud, u b'hekk il-kariga ta' sindku għaddiet għand Emiliano García-Page Sánchez tal-PSOE, li ilu jokkupa din il-kariga mill-2007.

Attrazzjonijiet ewlenin

[immodifika | immodifika s-sors]
Il-Katidral ta' Toledo.
L-Alcázar ta' Toledo.
Il-Knisja ta' Santiago del Arrabal.

Il-belt ta' Toledo ġiet iddikjarata bħala Sit Storiku u Artistiku fl-1940, u fl-1986 ġie rinoxxuta bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1] L-attrazzjonijiet ewlenin jinkludu:

  • il-Qabar ta' Santa Beatriċe ta' Silva, il-fundatriċi tal-Ordni tal-Kunċizzjoni Immakulata, fil-Monasteru tal-Kunċizzjoni ta' Toledo,
  • il-Posada de la Santa Hermandad, tip ta' assoċjazzjoni militari taż-żamma tal-paċi magħmula minn individwi armati, karatteristika tal-ħajja muniċipali fi Spanja Medjevali,
  • il-Castillo de San Servando, kastell Medjevali ħdejn ix-xtut tax-xmara Tagus u l-Akkademja tal-Fanterija,
  • il-Katidral Gotiku, li jmur lura għas-seklu 13. Fuq ġewwa hemm elementi Barokki ta' Narciso Tome,
  • il-Monasteru ta' San Juan de los Reyes, bi stil Gotiku Isabellin tas-seklu 15,
  • l-Isptar-Mużew Rinaxximentali ta' Santa Cruz tas-seklu 16,
  • il-Mużew ta' El Greco, mużew-dar b'disinn bħala rikreazzjoni tad-dar tal-artist, li ntilfet bosta sekli ilu, li fih diversi pitturi importanti,
  • Santa María la Blanca, l-eqdem binja ta' sinagoga li għadha eżistenti fl-Ewropa, issa ta' sjieda tal-Knisja Kattolika,
  • is-Sinagoga ta' El Transito, fil-kwartier Lhudi, li tospita l-Mużew Sefardiku,
  • l-Hospital de Tavera Museum Duque de Lerma, bi stil Rinaxximentali, imur lura għas-seklu 16; influwenza l-pjanta ta' El Escorial,
  • il-Knisja ta' Santiago del Arrabal, bi stil Mudéjar,
  • il-Knisja ta' Santo Tome, bi stil Mudéjar tas-seklu 14, li fiha l-pittura famuża tad-Dfin tal-Konti Orgaz ta' El Greco,
  • El Cristo de la Luz, moskea-oratorju żgħira li nbniet fid-999, u li iktar 'il quddiem ġiet estiża b'apsida Mudéjar għal konverżjoni fi knisja,
  • il-Palazz Galiana, bi stil Mudéjar tas-seklu 13,
  • il-Moskea ta' Tornerías, tas-seklu 11,
  • il-fortizza ta' Alcazar, tas-seklu 16, li tinsab fl-ogħla parti tal-belt; mill-2009 tospita l-kollezzjoni tal-Mużew tal-Armata,
  • il-Knisja ta' San Andrés, li fil-kripta tagħha fiha 60 mumja ta' infantes, duki, sorijiet u oħrajn, fi stat tajjeb ta' preservazzjoni u miftuħa għall-viżitaturi,
  • Puerta Bab al-Mardum, tas-seklu 10, l-eqdem daħla tal-belt ta' Toledo,
  • Puerta de Bisagra Antigua, tas-seklu 10, id-daħla prinċipali tal-belt fi żmien al-Andalus, magħrufa wkoll bħala "Puerta de Alfonso VI",
  • Puerta del Sol, tas-seklu 14, mibnija mill-Kavallieri ta' San Ġwann,
  • Puerta de Bisagra Nueva, tas-seklu 16, ta' oriġini Għarbija Iberika, mibnija mill-ġdid minn Alonso de Covarrubias, id-daħla u l-faċċata preżenti ta' Toledo,
  • Puerta del Cambrón, ta' oriġini Musulmana, mibnija mill-ġdid fis-seklu 16,
  • San Román, il-Mużew tal-Kunsilli u tal-kultura tal-Viżigoti,
  • Ermita del Cristo de la Vega, bi stil Mudéjar tas-seklu 11,
  • il-Pont ta' Alcántara, pont Ruman minn naħa għall-oħra tax-xmara Tagus,
  • Puente de San Martin, pont Medjevali minn naħa għall-oħra tax-xmara Tagus.

Sabiex jiġi mfakkar l-400 ċentenarju mill-pubblikazzjoni tal-ewwel parti ta' Don Quixote, il-Kunsill tal-Komunitajiet ta' Kastilja-La Mancha ddisinja sensiela ta' rotot fir-reġjun li jgħaddu minn diversi punti kkwotati fir-rumanz. Magħrufa bħala r-Rotta ta' Don Quixote, tnejn mill-mogħdijiet iddeżinjati, is-sezzjonijiet nri 1 u 8, huma bbażati f'Toledo; dawk li jikkollegaw il-belt ta' Kastilja-La Mancha u Montes de Toledo jisfruttaw ir-rotta naturali li tgħaddi minn Cigarrales u twassal sa Cobisa, Nambroca Burguillos ta' Toledo, fejn tagħti għall-Camino Real minn Sivilja u f'daqqa waħda ddur lejn Mascaraque Almonacid de Toledo, fil-fond tal-inħawi tal-madwar, qrib Mora, f'La Mancha.

Din il-parti, Mascaraque-Toledo, tar-Rotta ta' Don Quixote dan l-aħħar ġiet inkluża f'rotta uffiċjali tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu fil-fergħa tal-Lvant b'oriġini f'Cartagena, Alicante u Valencia, u żewġ rotot ġew iddikjarati bħala Rotta Kulturali Ewropea.[66]

Ġemellaġġi

[immodifika | immodifika s-sors]

Toledo hija ġemellata ma':

  1. ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Historic City of Toledo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-29.
  2. ^ John S. Richardson (1996). The Romans in Spain. Blackwell. p. 54.
  3. ^ Livju, L-Istorja ta' Ruma, 35, 22.
  4. ^ Rivera, Rebeca Rubio (2008-01-01). ""Continuidad y cambio en el proceso de romanización del ámbito celtibérico meridional y carpetano", en F. Coarelli, J. Uroz y J.M. Noguera (eds.), Iberia e Italia: modelos romanos de integración territorial, 2008". Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  5. ^ Τσιώλης, Vassilis Tsiolis / Βασίλης; Rivera, Rebeca Rubio. ""El primer recinto amurallado de Toledo", en Carrobles Santos, J. (dir.), Las murallas de Toledo, Fundación Caja Madrid, Madrid, 2004, 227-250". Ċitazzjoni journal għandha bżonn |journal= (għajnuna)
  6. ^ Kulikowski, Michael (2004). Late Roman Spain and Its Cities. Baltimore: Johns Hopkins University Press.
  7. ^ "Art. Circo Romano - Rebeca Rubio | PDF | Circo | imperio Romano". Scribd (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-29.
  8. ^ Rubio Rivera, Rebeca (2001). El Circo Romano de Toledo y la Vega Baja en Época Romana. pp. 38–39.
  9. ^ Rubio Rivera, Rebeca (2001). El Circo Romano de Toledo y la Vega Baja en Época Romana. p. 51.
  10. ^ Richardson, John (1996). The Romans in Spain. Blackwell.
  11. ^ Gurt Esparraguera, Josep M.; Godoy Fernández, Cristina (2000). "Barcino, de sede imperial a vrbs regia en época visigoda". Memorias de la Real Academia de Buenas Letras de Barcelona. 25: 447–448.
  12. ^ Kulikowski, Michael (2004). Late Roman Spain and Its Cities. Johns Hopkins University Press. p. 265. ISBN 9780801879784.
  13. ^ Collins, Roger (2004). Visigothic Spain, 409–711. Blackwell. p. 57. ISBN 9780631181859.
  14. ^ Collins, Roger (1989). Arab Conquest of Spain. Blackwell. p. 9.
  15. ^ Collins, Roger (1989). Arab Conquest of Spain. Blackwell. p. 43.
  16. ^ Collins, Roger (2004). Visigothic Spain, 409–711. Blackwell. p. 134. ISBN 9780631181859.
  17. ^ Collins, Roger (2004). Visigothic Spain, 409–711. Blackwell. p. 133. ISBN 9780631181859.
  18. ^ Collins, Roger (1989). Arab Conquest of Spain. Blackwell. p. 30.
  19. ^ Collins, Roger (1989). Arab Conquest of Spain, 710–797. Blackwell. p. 44.
  20. ^ Collins, Roger (1989). Arab Conquest of Spain, 710–797. Blackwell. p. 195.
  21. ^ Collins, Roger (1989). Arab Conquest of Spain, 710–797 (Paperback 1994 ed.). Blackwell. pp. 108–110.
  22. ^ Collins, Roger (1989). Arab Conquest of Spain, 710–797 (Paperback 1994 ed.). Blackwell. pp. 57–80.
  23. ^ Roger Collins, Early Medieval Spain: Unity in Diversity, 400–1000, (St. Martin's Press, 1995), 187.
  24. ^ Collins, Roger (1989). Arab Conquest of Spain, 710–797 (Paperback 1994 ed.). Blackwell. p. 172, 201–203.
  25. ^ Collins, Roger (1989). Arab Conquest of Spain, 710–797 (Paperback 1994 ed.). Blackwell. pp. 209–210.
  26. ^ Collins, Roger (2014). Caliphs and Kings: Spain, 796–1031 (Paperback 2014 ed.). Wiley Blackwell. pp. 32–33.
  27. ^ Collins, Roger (2014). Caliphs and Kings: Spain, 796–1031 (Paperback 2014 ed.). Wiley Blackwell. pp. 27–28.
  28. ^ Collins, Roger (2014). Caliphs and Kings: Spain, 796–1031 (Paperback 2014 ed.). Wiley Blackwell. pp. 43–44, 47.
  29. ^ Collins, Roger (2014). Caliphs and Kings: Spain, 796–1031 (Paperback 2014 ed.). Wiley Blackwell. pp. 79–81.
  30. ^ Collins, Roger (2014). Caliphs and Kings: Spain, 796–1031 (Paperback 2014 ed.). Wiley Blackwell. p. 171.
  31. ^ Collins, Roger (2014). Caliphs and Kings: Spain, 796–1031 (Paperback 2014 ed.). Wiley Blackwell. p. 145.
  32. ^ Ann Christys, Christians in Al-Andalus 711–1000, (Curzon Press, 2002), 20.
  33. ^ Wasserstein, David J. (2000). "The emergence of the Taifa Kingdom of Toledo". Al-Qantara. Madrid: Consejo Superior de Investigaciones Científicas. 21 (1): 17.
  34. ^ Reilly, Bernard F. (1992). Contest of Christian and Muslim Spain 1031–1157 (1995 paperback ed.). Blackwell. pp. 5, 9, 15.
  35. ^ Reilly, Bernard F. (1992). Contest of Christian and Muslim Spain 1031–1157 (1995 paperback ed.). Blackwell. pp. 6–7.
  36. ^ Ayala, Carlos de (2013). "En los orígenes del cruzadismo peninsular: el reinado de Alfonso VI (1065-1109)". Imago Temporis: Medium Aevum. Lleida: Universitat de Lleida.
  37. ^ Estevez, María de la Paz (2011). "La (re)conquista cristiana de Toledo: un estudio sobre los nuevos patrones de ordenamiento del territorio y sus habitantes". Anales de la Universidad de Alicante. Historia Medieval. Universidad de Alicante (17): 433. ISSN 0212-2480.
  38. ^ Reilly, Bernard F. (1992). Contest of Christian and Muslim Spain 1031–1157 (1995 paperback ed.). Blackwell. p. 20.
  39. ^ "Jewish Persecution | Timeline of Judaism | History of AntiSemitism". www.simpletoremember.com. Miġbur 2022-09-29.
  40. ^ Grosser, Paul E.; Halperin, Edwin G.; foreword by St. John, Robert; preface by Littell, Franklin H. (1979). Anti-Semitism : the causes and effectos of a prejudice. Secaucus, N.J.: Citadel Press. ISBN 978-0806507033.
  41. ^ Santos Vaquero, Ángel (2013). "¿Por qué Felipe II trasladó la Corte de Toledo a Madrid?" (PDF). Ateneo de Toledo. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2021-07-13. Miġbur 2022-09-29.
  42. ^ García Luján, José Antonio (1982). "Historiografía de la Iglesia de Toledo en los siglos XVI a XIX". En la España medieval. 2: 367. ISSN 0214-3038.
  43. ^ Camacho Cabello, José (1996). La población del arzobispado de Toledo en los Tiempos Modernos (PDF). pp. 13–14.
  44. ^ Gómez Vozmediano, Miguel Fernando (1999). "Delincuencia y conflictividad morisca en tierras toledanas (ss. XV-XVII)". Anales Toledanos (37): 95–96. ISSN 0538-1983. pp. 77-78.
  45. ^ Gómez Vozmediano, Miguel Fernando (1999). "Delincuencia y conflictividad morisca en tierras toledanas (ss. XV-XVII)". Anales Toledanos (37): 95–96. ISSN 0538-1983. pp. 95-96.
  46. ^ Santos Vaquero, Ángel (2017). "Incidentes en el mundo sedero de Toledo. Siglo XVIII". Tiempos Modernos. 8 (35): 151–168.
  47. ^ Cerro Malagón, Rafael del (1995). La calle y el agua el el Toledo del siglo XIX. Propuestas y realidades urbanas (PDF). Instituto Provincial de Investigaciones y Estudios Toledanos. Diputación Provincial de Toledo. p. 22. ISBN 84-87103-52-9.
  48. ^ Cerro Malagón, Rafael del (1995). La calle y el agua el el Toledo del siglo XIX. Propuestas y realidades urbanas (PDF). Instituto Provincial de Investigaciones y Estudios Toledanos. Diputación Provincial de Toledo. p. 12. ISBN 84-87103-52-9.
  49. ^ Álvarez Ahedo, J. Ignacio (2017). "La evolución urbana de Toledo". p. 12.
  50. ^ "El ferrocarril y la primera estación toledana (1858-1919)". abc (bl-Ispanjol). 2019-04-09. Miġbur 2022-09-29.
  51. ^ Cerro Malagón, Rafael del (1995). La calle y el agua el el Toledo del siglo XIX. Propuestas y realidades urbanas (PDF). Instituto Provincial de Investigaciones y Estudios Toledanos. Diputación Provincial de Toledo. p. 28. ISBN 84-87103-52-9.
  52. ^ Storm, Eric (2013). "Patrimonio local, turismo e identidad nacional en una ciudad de provincias: Toledo a principios del siglo XX". Hispania. Revista Española de Historia. Madrid: Consejo Superior de Investigaciones Científicas. 73 (244): 352. ISSN 0018-2141.
  53. ^ Álvarez Ahedo, J. Ignacio (2017). "La evolución urbana de Toledo" (PDF). pp. 16-17.
  54. ^ Reig Tapia, Alberto (1998). "El asedio del Alcázar: mito y símbolo político del franquismo". Revista de Estudios Políticos (101): 110. ISSN 0048-7694. pp. 120-121.
  55. ^ Reig Tapia, Alberto (1998). "El asedio del Alcázar: mito y símbolo político del franquismo". Revista de Estudios Políticos (101): 110. ISSN 0048-7694. p. 112.
  56. ^ Gorostiza Langa, Santiago; Saurí Pujol, David (2013). "Salvaguardar un recurso precioso: la gestión del agua en Madrid durante la guerra civil española (1936-1939)". Scripta Nova. Barcelona: Universitat de Barcelona. 17 (457). ISSN 1138-9788.
  57. ^ Reig Tapia, Alberto (1998). "El asedio del Alcázar: mito y símbolo político del franquismo". Revista de Estudios Políticos (101): 110. ISSN 0048-7694.
  58. ^ Álvarez Ahedo, J. Ignacio (2017). "La evolución urbana de Toledo". p. 18.
  59. ^ a b Benayas, Victoria Torres (2021-01-12). "El frío polar comienza a retroceder, pero aún mantiene en alerta a 12 comunidades, dos de ellas en rojo". El País (bl-Ispanjol). Miġbur 2022-09-29.
  60. ^ "Guía resumida del clima en España (1981-2010) - Agencia Estatal de Meteorología - AEMET. Gobierno de España". web.archive.org. 2013-05-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2013-05-26. Miġbur 2022-09-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  61. ^ "Guia Turistica de TOLEDO, Economia de TOLEDO - Viviendas en Valencia - Pisos en Valencia - Inmobiliaria Promotora Constructora Grupo TERESA". web.archive.org. 2011-07-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-11. Miġbur 2022-09-29.
  62. ^ "Contact Us | Goya Foods". www.goya.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-29.
  63. ^ "La Cerca - Noticias - Las espadas forjadas en Toledo se remontan a la época romana". web.archive.org. 2008-08-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-08-02. Miġbur 2022-09-29.
  64. ^ "Instituto de Estadística de Castilla-La Mancha – Ficha municipal" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2009-12-13. Miġbur 2022-09-29.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  65. ^ "Beyond 20/20 WDS - Informes". difusion.ies.jccm.es. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-07-07. Miġbur 2022-09-29.
  66. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Routes of Santiago de Compostela: <i>Camino Francés</i> and Routes of Northern Spain". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-09-29.