(Translated by https://www.hiragana.jp/)
Wikiversità - Wikipedija Aqbeż għall-kontentut

Wikiversità

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Wikiversity

Il-Wikiversità huwa proġett tal-Fondazzjoni Wikimedia, dedikat għall-attivitajiet u materjali ta' tagħlim u jinsab fuq is-sit elettroniku www.wikiversity.org. Il-proġett beda fil-15 ta' Awwissu, 2006 bil-verżjoni tal-lingwa Ingliża. Preżentament hemm ħames lingwi tal-Wikiversità - Ingliż, Franċiż, Ġermaniż, Taljan u Spanjol - u hemm proġetti oħra biex lingwi oħra jieħdu sehem fil-Wikiversità.

Il-Wikiversità kien beda oriġinarjament fuq il-Wikibooks fis-sena 2003. Fl-2005, kien hemm proposta formali biex il-Wikiversità ikun bħala proġett indipendenti u kienet saret votazzjoni. Fil-laqgħa ta' Novembru 2005 tal-Bord tal-Wikimedia ddiskuta din il-proposta. Il-verżjoni modifikata mill-Board of Trustees kienet milqugħa. Sa dak inhar kien hemm 17-il portal tal-lingwa li kienu diġà bdew jiffunzjonaw fuq il-Wikibooks.

Dettalji tal-Proġett

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Wikiversità kienet maħsuba bħala ċentru għall-kreazzjoni u l-użu ta' materjal għat-tagħlim b'xejn. L-għanijiet primarji tiegħu kienu:

  • Tikkreja u tospita materjal u riżorsi għat-tagħlim b'xejn u multilingwali, għall-gruppi kollha ta' etajiet
  • Tospita proġetti ta' studju, tagħlim u komunità li tiffornixxi dan il-materjal.

Il-mudell tal-Wikiversità tagħmel enfasi fuq il-"gruppi ta' tagħlim" u it-"tagħlim b'dak li jsir" ("learning by doing"). L-ideja hi li din il-komunità ta' parteċipanti jattivaw dawn il-proġetti ta' tagħlim u dan it-tagħlim jiġi rejalizzat fuq il-kollaborazzjoni fuq il-proġetti u l-editjar tal-paġni tal-Wikiversità.

Il-Wikiversità tikkonsisti minn paġni wiki li jirrigwardaw l-istudju ta' argument partikolari. Il-parteċipanti jesprimu l-għanijiet tagħhom ta' tagħlim u l-komunità tikkontrubwixxi biex tiżviluppa attivitajiet u proġetti li jaslu għal dawn l-għanijiet.

Ir-riżorsi huma żviluppati minn individwali jew gruppi, jew bl-inizzjattiva tagħhom u bħala parti minn proġett ta' tagħlim. Dawn ir-riżorsi jinkludu sussidji didattiċi, pjani ta' lezzjonijiet, pjanijiet ta' studju, kurrikulum, link esterni u aktar riżorsi - il-kotba tat-testi mhumiex inklużi f'dan il-proġett, hekk kif dawn jinsabu fil-Wikibooks. L-ttformazzjoni li tintefa' fuq il-Wikiversità tista' tintuża' barra minn dan il-proġett, taħt it-termini tal-GNU Free Documentation License.

Il-Wikiversità, fil-futur, tista' anki tospita proġetti ta' tfittxija, imma din l-attività għadha esposta għal dibattitu u għadha ma ġietx implimentata.