Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934
Campionato Mondiale di Calcio | |
---|---|
Kartellun uffiċjali | |
Dettalji tal-kompetizzjoni | |
Pajjiż ospitanti | Italja |
Dati | 27 ta' Mejju – 10 ta' Ġunju |
Parteċipanti | 16 (minn 4 konfederazzjonijiet) |
Grawnds | 8 (f'8 ibliet ospitanti) |
Pożizzjonijiet finali | |
Rebbieħ | Italja |
It-Tieni post | Ċekoslovakkja |
It-Tielet post | Ġermanja |
Ir-Raba' post | Awstrija |
Statistika tal-kompetizzjoni | |
Partiti | 17 |
Gowls skorjati | 70 (4.12 kull logħba) |
Attendenza | 363,000 (21,353 kull logħba) |
L-aqwa skorer(s) | Oldřich Nejedlý (5 gowls) |
← 1930 1938 → |
It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 1934 kienet it-tieni edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, il-kampjonat internazzjonali organizzat mill-FIFA. Din saret fl-Italja bejn is-27 ta' Mejju u l-10 ta' Ġunju 1934.
Din l-edizzjoni kienet l-ewwel darba fejn it-timijiet kellhom jikkwalifikaw biex jieħdu sehem. 31 pajjiż daħlu għal din il-kompetizzjoni, u wara l-kwalifikazzjoni, 16-il tim ipparteċipa fil-fażi finali. Iċ-ċampjins renjanti, l-Urugwaj, irrifjutaw li jieħdu sehem minħabba l-fatt li erba' timijiet Ewropej biss kienu aċċettaw li jipparteċipaw fil-kampjonat tal-1930.[1] L-Italja saret it-tieni ċampjin tat-Tazza tad-Dinja u l-ewwel Ewropew li rebaħha, wara li għelbet liċ-Ċekoslovakkja 2–1 fil-finali.
L-għażla tal-pajjiż ospitanti
[immodifika | immodifika s-sors]Wara proċess twil ta' teħid ta' deċiżjoni fejn il-kumitat eżekuttiv tal-FIFA iltaqa' tmien darbiet,[2] l-Italja ġiet magħżula bħala l-pajjiż ospitanti f'laqgħa fi Stokkolma fid-9 ta' Ottubru 1932.[3] Id-deċiżjoni ttieħdet mill-kumitat eżekuttiv mingħajr votazzjoni.[3] Il-kandidatura Taljana ġiet magħżula fuq dik Żvediża,[4] bil-gvern Taljan jalloka baġit ta' 3.5 miljun Lira għall-kompetizzjoni.[5]
Kwalifikazzjoni u parteċipanti
[immodifika | immodifika s-sors]36 pajjiż applikaw sabiex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni, u b'hekk kienu neċessarji logħbiet ta' kwalifikazzjoni sabiex inaqqsu dan in-numru għal 16. Fost dawn kien hemm nieqsa l-Urugwaj, li rrifjutaw li jieħdu sehem bi protesta għall-fatt li diversi pajjiżi Ewropej naqsu li jmorru l-Amerika t'Isfel għall-edizzjoni preċedenti tat-Tazza tad-Dinja li l-Urugwaj ospitat fl-1930.[6] Għalhekk, it-Tazza tad-Dinja tal-1934 hi l-unika waħda fl-istorja fejn iċ-ċampjin renjanti ma ħax sehem. Il-Home Nations Brittaniċi wkoll irrifjutaw li jipparteċipaw, fi żmien ta' eżilju impost minnhom infushom fuq il-FIFA.
Minkejja r-rowl tagħhom bħala l-pajjiż ospitanti, l-Italja kellha xorta waħda tidħol fil-fażi ta' kwalifika, b'din id-darba tkun l-ewwel u l-unika darba li l-ospitu tal-kompetizzjoni ma ngħatax kwalifikazzjoni awtomatika.[3] Il-logħbiet ta' kwalifikazzjoni ġiew maqsuma skont fatturi ġeografiċi. L-irtirar kmieni taċ-Ċili u l-Perù fisser li l-Arġentina u l-Brażil ikkwalifikaw mingħajr ma lagħbu logħba waħda.[7]
Tnax mis-sittax-il post ġew allokati lill-Ewropa, tlieta lill-kontinent Amerikan, u wieħed lill-Afrika u l-Asja. Kienu biss għaxra mit-32 pajjiż, u erbgħa mis-sittax-il tim kwalifikat kienu barra mill-Ewropa. L-Eġittu sar l-ewwel tim Afrikan li kkwalifika għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja. L-aħħar logħba ta' kwalifikazzjoni kienet bejn l-Istati Uniti u l-Messiku u din saret tliet ijiem biss 'il bogħod mill-bidu tal-kampjonat f'logħba milgħuba fil-kapitali Ruma, li l-Istati Uniti rebħu.[8]
Is-sittax-il tim li kkwalifikaw għall-fażi finali kienu:
Il-kompetizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-fażi tal-gruppi li ġiet użata fl-ewwel edizzjoni ġiet imwarrba u minflok intlagħab kampjonat b'eliminazzjoni diretta. Jekk logħba baqgħet indaqs wara disgħin minuta, tletin minuta ta' ħin barrani kien jintlagħab. Jekk ir-riżultat kien jispiċċa fi dro, il-partita terġa' tintlagħab fil-ġurnata ta' wara.
L-ewwel tmien logħbiet tal-ewwel rawnd intlagħabu fl-istess ħin.[9] L-Italja, li kienet magħmula fil-maġġoranza mill-plejers ta' Juventus,[10] bdiet b'rebħa konviċenti ta' 7–1 fuq l-Istati Uniti. Diżgwit intern fost l-iskwadra Arġentina fisser li għal dan il-kampjonat ma kien hemm l-ebda membru li wasal sal-finali tal-1930. Kontra l-Iżvezja, l-Arġentina marru fil-vantaġġ darbtejn, però żewġ gowls ta' Sven Jonasson u gowl ta' Knut Kroon taw l-Iżvezja rebħa ta' 3–2. Il-ġirien Sud-Amerikani tal-Brażil ukoll sofra minn eliminazzjoni bikrija hekk kif Spanja rebħitilhom bi skor konvinċenti ta' 3–1.
Għall-unika darba fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, l-aħħar tmien timijiet kienu kollha Ewropej. Fil-kwarti tal-finali, wara li l-ewwel konfront bejn l-Italja u Spanja spiċċa fi dro ta' 1–1, il-logħba kellha terġa' tintlagħab fil-ġurnata ta' wara b'diversi plejers mibdula miż-żewġ timijiet kawża ta' għeja u problemi fiżiċi. Ricardo Zamora għal Spanja kellu jaqbeż it-tieni logħba wara li weġġa' fl-ewwel waħda, u fuq in-naħa l-oħra, Mario Pizziolo lagħab l-aħħar logħba tiegħu mat-tim nazzjonali wara li f'intervent kiser saqajh.[11] Il-logħba, deskritta mill-kronaka ta' dak iż-żmien bħala waħda diffiċli u vjolenti, ra lill-Italja toħroġ rebbieħa 1–0, fost il-protesti tal-Ispanjoli għal gowl imħassar.
Fis-semifinali l-Italja ltaqgħet mal-Awstrija, li kienet għadha kemm ġejja minn konfront kontra l-Ungerija li l-kowċ Awstrijakk Hugo Meisl iddeskriva bħala "ġlieda, mhux logħba futbol". L-Italja rebħet għal darb'oħra bi skor ta' 1–0, b'gowl kontroversjali ta' Enrique Guaita. Fis-semifinali l-oħra ċ-Ċekoslovakkja assigurat postha fil-finali b'rebħa ta' 3–1 kontra l-Ġermanja. Fil-finali bejn l-Italja u ċ-Ċekoslovakkja, li ntlagħbet fi Stadio del Partito Nazionale Fascista, it-Taljani ħarġu rebbieħa b'riżultat ta' 2–1 wara l-ħin barrani. Iċ-Ċekoslovakki marru fil-vantaġġ b'gowl ta' Antonín Puč b'għoxrin minuta 'l bogħod mit-tisfira finali. Madanakollu, l-Italja sabu x-xibka fit-80 minuta b'gowl ta' Raimundo Orsi. Il-logħba marret għall-ħin supplementari u t-Taljani sabu l-gowl tar-rebħa minn Angelo Schiavio, sabiex ġew inkurunati ċampjins tad-dinja.
Riżultati
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel rawnd | Kwarti tal-finali | Semifinali | Finali | |||||||||||
27 ta' Mejju – Ruma | ||||||||||||||
Italja | 7 | |||||||||||||
31 ta' Mejju u 1 ta' Ġunju – Firenze | ||||||||||||||
Stati Uniti | 1 | |||||||||||||
Italja | 1 (1) | |||||||||||||
27 ta' Mejju – Genoa | ||||||||||||||
Spanja | 1 (0) | |||||||||||||
Spanja | 3 | |||||||||||||
3 ta' Ġunju – Milan | ||||||||||||||
Brażil | 1 | |||||||||||||
Italja | 1 | |||||||||||||
27 ta' Mejju – Turin | ||||||||||||||
Awstrija | 0 | |||||||||||||
Awstrija (ħ.s.) | 3 | |||||||||||||
31 ta' Mejju – Bolonja | ||||||||||||||
Franza | 2 | |||||||||||||
Awstrija | 2 | |||||||||||||
27 ta' Mejju – Napli | ||||||||||||||
Ungerija | 1 | |||||||||||||
Ungerija | 4 | |||||||||||||
10 ta' Ġunju – Ruma | ||||||||||||||
Eġittu | 2 | |||||||||||||
Italja (ħ.s.) | 2 | |||||||||||||
27 ta' Mejju – Trieste | ||||||||||||||
Ċekoslovakkja | 1 | |||||||||||||
Ċekoslovakkja | 2 | |||||||||||||
31 ta' Mejju – Turin | ||||||||||||||
Rumanija | 1 | |||||||||||||
Ċekoslovakkja | 3 | |||||||||||||
27 ta' Mejju – Milan | ||||||||||||||
Żvizzera | 2 | |||||||||||||
Żvizzera | 3 | |||||||||||||
3 ta' Ġunju – Ruma | ||||||||||||||
Netherlands | 2 | |||||||||||||
Ċekoslovakkja | 3 | |||||||||||||
27 ta' Mejju – Firenza | ||||||||||||||
Ġermanja | 1 | Logħba għat-tielet post | ||||||||||||
Ġermanja | 5 | |||||||||||||
31 ta' Mejju – Milan | 7 ta' Ġunju – Napli | |||||||||||||
Belġju | 2 | |||||||||||||
Ġermanja | 2 | Ġermanja | 3 | |||||||||||
27 ta' Mejju – Bolonja | ||||||||||||||
Żvezja | 1 | Awstrija | 2 | |||||||||||
Żvezja | 3 | |||||||||||||
Arġentina | 2 | |||||||||||||
L-ewwel rawnd
[immodifika | immodifika s-sors]27 ta' Mejju 1934 16:30 (UTC+2) |
Spanja | 3–1 | Brażil | Stadio Luigi Ferraris, Genoa Attendenza: 21,000 Referi: Alfred Birlem |
---|---|---|---|---|
Iraragorri 18' (pen.), 25' Lángara 29' |
Rapport | Leônidas 55' |
27 ta' Mejju 1934 16:30 (UTC+2) |
Ungerija | 4–2 | Eġittu | Stadio Giorgio Ascarelli, Napli Attendenza: 9,000 Referi: Rinaldo Barlassina |
---|---|---|---|---|
Teleki 11' Toldi 27', 61' Vincze 53' |
Rapport | Fawzi 31', 39' |
27 ta' Mejju 1934 16:30 (UTC+2) |
Żvizzera | 3–2 | Netherlands | Stadio San Siro, Milan Attendenza: 33,000 Referi: Ivan Eklind |
---|---|---|---|---|
Kielholz 7', 43' Abegglen 66' |
Rapport | Smit 29' Vente 69' |
27 ta' Mejju 1934 16:30 (UTC+2) |
Italja | 7–1 | Stati Uniti | Stadio Nazionale del PNF, Ruma Attendenza: 25,000 Referi: René Mercet |
---|---|---|---|---|
Schiavio 18', 29', 64' Orsi 20', 69' Ferrari 63' Meazza 90' |
Rapport | Donelli 57' |
27 ta' Mejju 1934 16:30 (UTC+2) |
Ċekoslovakkja | 2–1 | Rumanija | Stadio Littorio, Trieste Attendenza: 9,000 Referi: John Langenus |
---|---|---|---|---|
Puč 50' Nejedlý 67' |
Rapport | Dobay 11' |
27 ta' Mejju 1934 16:30 (UTC+2) |
Żvezja | 3–2 | Arġentina | Stadio Littoriale, Bolonja Attendenza: 14,000 Referi: Eugen Braun |
---|---|---|---|---|
Jonasson 9', 67' Kroon 79' |
Rapport | Belis 4' Galateo 48' |
27 ta' Mejju 1934 16:30 (UTC+2) |
Awstrija | 3–2 (ħ.s.) | Franza | Stadio Benito Mussolini, Turin Attendenza: 16,000 Referi: Johannes van Moorsel |
---|---|---|---|---|
Sindelar 44' Schall 93' Bican 109' |
Rapport | Nicolas 18' Verriest 116' (pen.) |
27 ta' Mejju 1934 16:30 (UTC+2) |
Ġermanja | 5–2 | Belġju | Stadio Giovanni Berta, Firenze Attendenza: 8,000 Referi: Francesco Mattea |
---|---|---|---|---|
Kobierski 25' Siffling 49' Conen 66', 70', 87' |
Rapport | Voorhoof 29', 43' |
Kwarti tal-finali
[immodifika | immodifika s-sors]31 ta' Mejju 1934 16:30 (UTC+2) |
Awstrija | 2–1 | Ungerija | Stadio Littoriale, Bolonja Attendenza: 23,000 Referi: Francesco Mattea |
---|---|---|---|---|
Horvath 8' Zischek 51' |
Rapport | Sárosi 60' (pen.) |
31 ta' Mejju 1934 16:30 (UTC+2) |
Italja | 1–1 (ħ.s.) | Spanja | Stadio Giovanni Berta, Firenze Attendenza: 35,000 Referi: Louis Baert |
---|---|---|---|---|
Ferrari 44' | Rapport | Regueiro 30' |
31 ta' Mejju 1934 16:30 (UTC+2) |
Ġermanja | 2–1 | Żvezja | Stadio San Siro, Milan Attendenza: 3,000 Referi: Rinaldo Barlassina |
---|---|---|---|---|
Hohmann 60', 63' | Rapport | Dunker 82' |
31 ta' Mejju 1934 16:30 (UTC+2) |
Ċekoslovakkja | 3–2 | Żvizzera | Stadio Benito Mussolini, Turin Attendenza: 12,000 Referi: Alois Beranek |
---|---|---|---|---|
Svoboda 24' Sobotka 49' Nejedlý 82' |
Rapport | Kielholz 18' Jäggi 78' |
- Ripetizzjoni
1 ta' Ġunju 1934 16:30 (UTC+2) |
Italja | 1–0 | Spanja | Stadio Giovanni Berta, Firenze Attendenza: 43,000 Referi: René Mercet |
---|---|---|---|---|
Meazza 11' | Rapport |
Semifinali
[immodifika | immodifika s-sors]3 ta' Ġunju 1934 16:30 (UTC+2) |
Italja | 1–0 | Awstrija | Stadio San Siro, Milan Attendenza: 35,000 Referi: Ivan Eklind |
---|---|---|---|---|
Guaita 19' | Rapport |
3 ta' Ġunju 1934 16:30 (UTC+2) |
Ċekoslovakkja | 3–1 | Ġermanja | Stadio Nazionale del PNF, Ruma Attendenza: 15,000 Referi: Rinaldo Barlassina |
---|---|---|---|---|
Nejedlý 21', 69', 80' | Rapport | Noack 62' |
Finali għat-tielet post
[immodifika | immodifika s-sors]7 ta' Ġunju 1934 18:00 (UTC+2) |
Ġermanja | 3–2 | Awstrija | Stadio Giorgio Ascarelli, Napli Attendenza: 7,000 Referi: Albino Carraro |
---|---|---|---|---|
Lehner 1', 42' Conen 27' |
Rapport | Horvath 28' Sesta 54' |
Finali
[immodifika | immodifika s-sors]10 ta' Ġunju 1934 17:30 (UTC+2) |
Italja | 2–1 (ħ.s.) | Ċekoslovakkja | Stadio Nazionale del PNF, Ruma Attendenza: 55,000 Referi: Ivan Eklind |
---|---|---|---|---|
Orsi 81' Schiavio 95' |
Rapport | Puč 71' |
L-aqwa skorers
[immodifika | immodifika s-sors]- 5 gowls
- 4 gowls
- 3 gowls
- 2 gowls
- gowl
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Hunt, Chris (2006). World Cup Stories: The history of the FIFA World Cup (bl-Ingliż). Ware: Interact. ISBN 978-0-9549819-2-1.
- Freddi, Cris (2006). Complete Book of the World Cup 2006 (bl-Ingliż). Londra: HarperCollins. ISBN 0-00-722916-X.
- Crouch, Terry (2002). The World Cup: The Complete History (bl-Ingliż). Londra: Aurum. ISBN 978-1-85410-843-2.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Hart, Jim (2016-07-27). "When the World Cup rolled into fascist Italy in 1934" (bl-Ingliż). These Football Times.
- ^ Freddi, pġ. 15
- ^ a b ċ Hunt, pġ. 23
- ^ "History of FIFA – The first FIFA World Cup" (bl-Ingliż). FIFA.
- ^ David Goldblatt (2007). The Ball is Round: A Global History of Football (bl-Ingliż). Londra: Penguin. p. 255. ISBN 978-0-14-101582-8.
- ^ Crouch, pġ. 16
- ^ Crouch, pġ. 14
- ^ Brewin, John; Williamson, Martin (2014-04-30). "World Cup 1934" (bl-Ingliż). ESPN.
- ^ Hunt, pġ. 26
- ^ Curino, Luca (2009-09-02). "Una Ital-Juve da record A ottobre in 9 con Amauri" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport.
- ^ Baker, William Joseph (1988). Sports in the Western World (bl-Ingliż). Champaign: University of Illinois Press. p. 248. ISBN 978-0-252-06042-7.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Italja 1934 fuq FIFA.com